Ittra li ntbaghtet mid-Direttur Generali tas-Sahha lill-Union tal-Infirmiera u Qwiebel (MUMN)
Din li ssegwi hija kopja ta’ ittra li ntbaghtet mid-Direttur Generali tas-Sahha lill-Union tal-Infirmiera u Qwiebel (MUMN), illum 24 ta’ Lulju, 2001.
DH 1800/96/Vol II
24 ta’ Lulju 2001
Mr Colin Galea
Segretarju Generali
MUMN
Nirreferi ghal ittra tieghek datata 21 ta’ Lulju li fiha inti avzajtni bid-direttiva li inti qed taghti lin-nurses u l-midwives Ghawdxin li jahdmu f’Malta sabiex b’effett immedjat sakemm jinghata avviz iehor, sakemm ikunu xoghol bil-lejl, jitilqu minn fuq il-post tax-xoghol fis-sitta ta’ fil-ghodu.
Nibda biex nfakkrek li l-ftehim milhuq fil-1998 kien jawtorizza lin-nurses u l-midwives Ghawdxin li jahdmu fl-isptar San Luqa sabiex jieqfu mix-xoghol taghhom nofs siegha qabel il-hin stabbilit, biex jaghtihom ic-cans li jilhqu t-trasport pubbliku ghac-Cirkewwa. fil-ghaxija. Barra minn hekk id-dipartiment kien ta koncesssjoni lin-nurses li jispiccaw xoghol filghodu, li juzaw it-trasport mit-transport section, li filghodu jkun qed iwassal professjonisti Maltin biex jilhqu il-vapur tac-Cirkewwa halli jkunu jistghu jaghtu s-Servizz taghhom fl-isptar t’Ghawdex. Din l-ahhar koncessjoni kienet soggetta ghall- kundizzjoni li l-uzu ta’ dan it-trasport ma jkunx qed inaqqas mill-attenzjoni u servizzi lejn il-pazjenti, u allura ma jkunx qieghed ifixkel fil-gbir u twassil tal-professjonisti Maltin lejn Ghawdex.
Nichad bil-qawwa kollha li dan il-ftehim kien b’xi mod miksur mid-Dipartiment u nsostni li dan il-ftehim kien qed jigi abbuzat sistematikament mill-istaff membri tal- Union tieghek billi :
- Bdew juzaw it-transport ukoll staff Malti li joqghod in-naha ta’ fuq ta’ Malta (Mosta u Mellieha),
- Seta jsir indhil mill-istaff li kien qed juza l-facilita ta’ dan it-trasport dwar kif ghandu jsir is-servizz anke billi ssir pressjoni fuq ix-xufiera biex isuqu bi speed halli ma jittardjawx jaslu ic-Cirkewwa,
- Insistenza min-naha tal-istaff li kien qed juza’ dan it-trasport b’koncessjoni biex l- istaff li ghalih kien mahsub dan it-trasport ghandu jirkeb il-karozza mill-isptar San Luqa sabiex b’hekk ma jintilifx hin,
- Kien hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni man-"night management" bir-rizultat ta’ problemi fil-wards fejn gieli thalla nurse wahdu fis-sala, haga li l-union tieghek dejjem iggieldet kontriha.
Dak li beda bhala koncessjoni jidher li gie assunt bhala dritt min-nurses u qwiebel Ghawdxin u milli jidher bil-barka tal-union tieghek.
Infakkrek li l- ewwel priorita tad-Divizjoni hija illi staff li jkun xoghol Ghawdex jasal fil- hin biex jaqdi dmiru lejn il-pazjenti tal-isptar Generali ta’ Ghawdex . It-tieni priorita’ hija li pazjenti li jkollhom appuntamenti fl-isptar San Luqa jitwasslu lura mic-Cirkewwa fil- hin. Il-koncessjoni moghtija kienet li jekk bhala rizultat ta’ dan, ikun hemm spazju (u dan fil-limiti ta’ kemm tista’ legalment iggorr persuni il-vettura li tintuza) u ma jkunx hemm tnaqqis mill-attenzjoni u s-servizz moghti lil morda, allura staff Ghawdxi seta’ juza trasport tad-divizjoni li jkun tiela lejn ic-Cirkewwa filghodu. Dawn kienu il-prioritajiet fl- 1998 u dawn huma il-prioritajiet illum.
Inhoss li ghal darba ohra l-MUMN ghazlet it-triq ta’azzjoni industrijali minflok li fittxet li tressaq l-ilmenti taghha b’mod formali sabiex dawn ikunu diskussi fl-ispirtu tad-djalogu li kien qieghed jizviluppa bejnietna. Dan mhux biss ihassibni izda jinkwetani ghax ma nistax nifhem x’inhu l-iskop ahhari tal-Union tieghek.
Id-direttivi moghtija mill-Union tieghek ma jhalluli l-ebda alternattiva hlief :
- Li nissospendi l-koncessjoni li staff Ghawdxi juza t-trasport tad-Divizjoni biex jitla c-Cirkewwa u
- L-istaff li jhalli l-post tax-xoghol tieghu qabel il-hin tinqatalu l-parti mis-salarju tas-sieghat mhux mahduma.
- Ninnota wkoll li minhabba l-esigenzi tal-membri taghha, l-MUMN qed taccetta li nfermiera jistghu jkunu wahedhom fis-swali. Nistenna li hekk kif l-MUMN qed taccetta dan ghall-esigenzi tal-membri taghha, fil-futur meta l- esigenzi min-naha tal- management tal-isptar jirrikjedu sitwazzjoni simili, l-MUMN ser taccetta tali sitwazzjoni mhux tibqa’ tinsisti li fl-ebda mument ma jkun hemm infermier wahdu fil-ward.
Bhal drabi ohra jiena dejjem inkun lest li jekk jigu rtirati direttivi, niltaqa mal-Union tieghek sabiex id-difikultajiet ezistenti jigu ccarati. Ghal darba ohra ntenni li ma narax ghaliex il-Union ghogobha taghti direttivi flok li fittxet li tpoggi madwar il-mejda tad-diskussjoni.
Dr Ray Busuttil
Direttur Generali tas-Sahha
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN