HIDMA MID-DIPARTIMENT GHALL-HARSIEN TA' L-AMBJENT DWAR RQAJJA' TA'DIESEL F'BIRZEBBUGIA.
pr1099
20/07/2001
Tard il-bieraħ bil-lejl id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent kien infurmat b'riħa qawwija ta' diesel fil-bajja ta' Birżebbuġia. Immedjatament ħaddiema mill-istess dipartiment marru fuq il-post biex jindagaw minn xiex kienet ġejja din ir-riħa.
Kmieni dalgħodu intlemħu rqajja' ta' diesel fil-baħar u bdiet ħidma immedjata biex iż-żejt jinġabar. Sadattant ir-riħ qaleb Majjistral u mbotta l-irqajja' li kien għad baqa' barra l-bajja.
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qed jagħmel investigazzjonijiet biex ikun stabbilit l-oriġini ta' dan id-diesel.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN