Left arrow Mur Lura

DIVERSI KUMPANIJI STABILITI JRIDU JESPANDU

pr1093
Date Icon 19/07/2001

Il-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp qed regolarment tircievi talbiet minghand kumpaniji stabiliti fil-qasam tal-manifattura biex jespandu l-operazzjoni taghom. Fl-istess waqt, minkejja l-kompetizzjoni li qed kull ma tmur tizdied f’dan il-qasam, aktar investituri barranin qed juru interess fil-potenzjal ta’ Malta bhala bazi industrijali u dan l-interess jista’ jikber ferm aktar kieku jkun hawn consensus akbar favur is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Dan qalu l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici meta dalghodu zar il-fabbrika ta’ Metallform (Malta) Ltd, fil-qasam industrijali ta’ Hal Far, li wkoll qed tippjana li tespandi l-operazzjoni taghha f’Malta.

Din il-kumpanija, li hi sussidjarja tal-kumpannija Germaniza Metallform GmbH &CoKg, ilha topera f’Malta mill-1992 u tispecjalizza fil-manifattura ta’ prodotti uzati fil-qasam tal-kura tas-sahha, fosthom disposable infusion lines,filter lines, infusion bags u filling bags. Il-kumpanija kienet bdiet b’16-il impjegat u llum qed thaddem 64, filwaqt li hemm il-hsieb li sas-sena li gejja zzid 20 impjegat iehor maghha.

Il-Ministru Bonnici qal li bhalissa l-Korporazzjoni ghall-Izvilupp qed tanalizza talbiet ghal progetti minghand diversi investituri baranin, l-aktar mill-Ewropa, li huma interessati joperaw f’pajjizna f’oqsma bhal ma huma l-inginerija mekkanika, makkinarju elettronika, energija solari, farmacewtici, u anki bini ta’ pre-fabricated homes.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici irrifera wkoll ghall-hidma li qeghda ssir biex il-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp tinghata direzzjoni u strategija aktar cara dwar kif ghandha tagixxi fit-tliet snin li gejjin u qal li, fost l-inizjattivi li digà ttiehdu, infetah mill-gdid l-ufficcju tal-MDC fi Stuttgart fil-Germanja u nfetah ukoll ufficcju tal-MDC f’Washington. Dan ta’ l-ahhar infetah bl-iskop li jkun attirat investiment mill-Istat ta’ New England (Boston), fejn jezisti investiment f’dawk l-oqsma li huma vijabbli fir-rigward ta’ Malta u li huma relatati ma’ l-elettronika, farmacewtika u t-teknologija ta’ l-informatika.

Barra minn hekk, twaqqfu wkoll diversi investment promotion desks biex permezz taghhom tkun tista’ ssir ricerka u promozzjoni estensiva f’pajjizi li minnhom jista’ jkun attirat aktar investiment f’setturi partikolari lejn pajjizna.

Hu qal li din il-hidma qed twassal biex jikber l-interess f’pajjizna minn investituri barranin, kif ukoll biex kumpaniji stabbiliti mhux biss jibqghu joperaw f’pajjizna izda wkoll jespandu l-operazzjoni taghhom. Il-Ministru Bonnici zied li digà fl-ewwel sitt xhur tas-sena kienu approvati 28 progett, fosthom tmien espansjonijiet. Fost il-progetti approvati hemm disgha (inkluzi zewg espansjonijiet) li originaw mill-Italja u erbgha li originaw mill-Germanja. Dawn il-progetti mistennija joholqu 500 impjieg gdid fuq perjodu ta’ tliet snin.

Hu wera s-sodisfazzjon tieghu ghall-fatt li minkejja li kien hemm xi setturi tal-manifatturi li naqsu l-bejgh fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena minhabba li certi swieq barranin bhalissa ghaddejjin minn zmien hazin, l-impjiegi fil-qasam tal-manifattura fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena zdiedu bi kwazi 250. Din iz-zieda kienet registrata wkoll fid-dawl tal-fatt li komplew jonqsu aktar levies.

Il-Ministru Bonnici irrifera wkoll ghall-pakkett gdid ta’ incentivi li qed ikun offrut permezz tal-ligi l-gdida ghall-promozzjoni tan-negozju, u qal li l-fatt li aktar investituri barranin qed juru interess f’Malta u daqstant kumpanniji stabbiliti qed jespandu juru li t-tishih li sar fil-ligi qed ihalli l-effett mixtieq.

Hu qal li jiehu gost jara li kumpaniji bhal ma hi l-Metallform, fejn il-produzzjoni ghandha valur mizjud gholi, ikomplu jsahhu l-operat taghhom f’Malta, filwaqt li jkomplu jfittxu swieq godda biex b’hekk jiggarantixxu wkoll il-futur taghhom. Filwaqt li semma li din il-kumpannija s-sena li ghaddiet esportat madwar 3.5 miljun sett lejn diversi pajjizi ohra, stqarr li s-success li jiksbu l-kumpanniji li joperaw f’Malta jfisser ukoll success ghall-isforzi li jsiru kontinwament biex pajjizna jibqa’ l-post ideali ghal investiment.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow