STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI B'REAZZJONI GHAL STQARRIJA MAHRUGA MILL-KELLIEM TA' L-OPPOZIZZJONI GHALL-GUSTIZZJA
Il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali jikkundanna l-opportunizmu politiku evidenti fl-istqarrija mahruga minn Dr. Anglu Farrugia, kelliem tal-Opposizzjoni ghall-Gustizzja, li qed jipprova jdahhal il-politika fi kwistjoni purament industrijali u li ghandha soluzzjoni facli amministrattiva.
Il-Ministeru dejjem sahaq li l-ippoliticizzar tal-qasam tal-Gustizzja jaghmel hsara biss lil min irid jinqeda' bilfors bil-Qrati taghna. Jidher li l-Oppozizzjoni ftit ghandha ghal qalbha min juza l-Qorti u minflok tipprova tghin fir-riformi li qed jitwettqu b'success, dejjem tfittex ma xiex taqbad biex ixxekkel dawn ir-riformi.
Il-kwistjoni li qajmet l-UHM dwar in-numru ta' haddiema klerikali fit-Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghir setghet facilment giet evitata, li kieku l-"management" tal-Qorti spjegat is-sitwazzjoni reali ta' dan it-Tribunal. Din is-sitwazzjoni giet spjegata mill-Ministru Austin Gatt, meta f'konferenza stampa moghtija gimghatejn ilu, qal li n-numru ta' kawzi prezentati fit-Tribunal fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, nizlu ghal 21% ta' dawk prezentati s-sena l-ohra.
Li kieku l-kelliem tal-Oppozizzjoni analizza c-cifri publikati minn dan il-Ministeru, kien isib illi fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, fir-Registru Inferjuri gew introdotti 1158 kawza, komparat ma' 4035 is-sena l-ohra kollha.
Konsegwentement, hu evidenti li la naqas in-numru ta' kawzi ntrodotti, l-istaff prezenti hu adegwat biex ilahhaq maz-zieda mistennija wara l-introduzzjoni tar-riformi godda; liema zieda hi mistennija li se tkun ta' circa 1200 kawza fis-sena.
Meta jizdiedu dawn il-kawzi fir-Registru Inferjuri, hu mistenni li dan ir-Registru xorta mhux se jaqbez in-numru taI-kawzi li gew prezentati u processati minn dan ir-Registru s-sena l-ohra.
Fuq kollox, in-numru ta' kawzi globali fil-Qrati Civili mhux qed jizdied, izda qed jonqos u konsegwentement jekk wara l-ahhar emendi ser jirrizulta li hemm zieda fil-Qrati Inferjuri, din se tirrizulta fi tnaqqis fil-Qrati Superjuri. Dan ikun ifisser li kull ma jrid isir hu li haddiema mir-Registru Superjuri jmorru jahdmu fir-Registru Inferjuri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN