DISKORS MILL-MINISTRU TAL-INTERN DR. TONIO BORG WAQT IL-FTUH TAL-KUMPLESS AMMINISTRATTIV U LOCK UP GDID FIL-KWARTIERI GENERALI TAL-PULIZIJA - FURJANA - 17 LULJU 2001
Onorevoli kollegi,
Eccellenzi,
Segretarji Permanenti,
Kummissarju tal-Pulizja,
Sinjuri,
Il-holma taċ dan il-progett li se ninawguraw il-lejla, twieldet b'decizjoni tal-Kabinett tal-11 taċ Settembru, 1995. Dak in-nhar, il-Kabinett approva fil-principju r-rakkommandazzjonijiet li kont ghamiltlu li jinbena kumpless amministrattiv u lock-up gdid fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Fis-sottomissjonijiet tieghi lill-Kabinett kont iddeskrivejt is-sitwazzjoni kif kienet dak in-nhar. Fil-fatt dak in-nhar, l-ufficini tal-Vice Squad, Interpol, Laboratorju Forensiku u CID, kienu allokati fi hdax-il-mahzen forma ta' 'huts'. Kollha kienu jbatu, fi gradi differenti, minn umditaċkbira u s-sitwazzjoni kienet tal-biki. Kienu gholjin 34 filata, ghalkemm setghu jintuzaw biss 10 filati, u l-hitan divizorji hafna drabi kienu wesghin 10 piedi, b'rizultat li terz biss tal-area okkupata setghet tintuza.
Il-lock-up kien f'sitwazzjoni aghar. Kien jikkonsisti f'26 cella mdeffsin fi tnejn mill-imhazen li semmejt. L-ebda wahda mic-cellel ma kellha access dirett la ghall-arja u lanqas ghad-dawl naturali. Ma kien hemm l-ebda facilita' sanitarja fl-ebda cella.
Fl-1994 Qorti Maltija f'kaz li gara fl-1986, qalet hekkĠ-
'Il-Qorti kienet preokkupata bil-kundizzjoni fil-Lock up fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, li fil-fehma konsiderata taghha hi tali li, fil-kumpless taghha, tista' tigi kwalifikata li tirrapprezenta ambjent li jiddegrada l-persuna u il-personalita' umana.' Il-Qorti osservat li wara li kienet zaret il-Lock up, kienet tal-fehma liĠ
'hemm diversi fatti li mmedjatament u ovvjament jirrizultaw ripunjanti ghal min hu sensittiv ghat-trattament dekoruz tal-persuna umana u dana f'termini baziciċ (Joseph Azzopardi vs Kummissarju tal-Pulizija et)
Il-Qorti kkritikat id-dawl ferm ristrett tac-cella, in-nuqqas ta' servizzi sanitarji, in-nuqqas ta' arja u dawl dirett, u nuqqas ta' ventilazzjoni. Kienet ziedet il-Qorti :
'ic-cella hi nieqsa mid-dawl u arja tant li d-detenut jinzamm il-hin kollu illuminat artificjalment, qisu tigiega ghall-produzzjoni'.
Fir-Rapport tieghu tal-1990, il-Kumitat tal-Prevenzjoni mit-Tortura (CPT) osserva hekk dwar l-istess postĠ-
'The cells are very small, poorly lit, and oppressive in design'.
u ikkundanna iktar il-fatt li dal-post, li bil-kemm kien dicenti ghal min joqghod fih ghal-48 siegha, kien 'jospita' fih l-immigranti illegali li gieli kienu jqattghu xhur shah go fih.
Fl-1995, ic-CPT regghet qaletĠ-
'The Committee wishes to stress that the lock-up cannot be said to provide satisfactory conditions of detention for persons held for police questioning'
Quddiem dan kollu, il-Kabinett ha decizjoni ghaqlija fl-1995 li jibni dan il-kumpless u fil-Budget ghas-sena 1996 giet ivvutata is-somma rekord taċ Lm800,000 bhala spiza kapitali ghall-Pulizija li kellha tkopri parti mill-ispiza tal-bidu tax-xoghol tal-kumpless gdid. Illum dan il-kumpless sejjer mhux biss jelimina l-problemi li kienu jhammrulna wiccna bhala pajjiz civilizzat, izda wkoll se jospita f'ambjent ta' xoghol hafna ahjar, l-ufficini tal-iskwadri u taqsimiet specjali tal-Korp tal-Pulizija.
L-investiment ta' dan it-tip ghandu zewg merti. L-ewwelnett qed intejbu l-ambjent tax-xoghol tal-Pulizija taghna, mill-kbir sa z-zghir. Dan ghandu jzid is-sodisfazzjon tal-membri tal-Korp fix-xoghol taghhom, u l-produttivita' taghhom. It-tieni nett qed nuru lil kulhadd li l-Pulizija tal-lum, filwaqt li hija impenjata fiz-zamma tal-ligi u tal-ordni u l-glieda kontra l-kriminalita', hija kommessa ukoll li din il-glieda ssir bil-mezzi u bis-sahha tal-ligi u tal-harsien tad-dinjita' tal-bniedem.
Winston Churchill kien qalĠ 'The mood and temper of the public with regard to the treatment of crime and criminals is one of the most unfailing tests of the civilisation of any country'.
Jekk dan hu minnu ghal detenzjoni f'habs ta' persuni kundannati mill-Qorti, kemm iktar hu validu ghal detenzjoni ta' persuna arrestata li hija biss suspettata li ikkommettiet delitt. Fċdan l-istadju preliminari taċ investigazzjoni, il-prezunzjoni ta' l-innocenza hu iktar qawwi, u ghalhekk ma jrid isir xejn li bih persuna arrestata tigi mdejqa deliberatament jew intimidata, anki bil-kundizzjonijiet materjali ta' l-ambjent ta' detenzjoni taghha.
Dan kollu jista' jidher bhala tfettiq jew dghufija minn min il-glieda kontra il-kriminalita' iqisha bhala glieda li tiggustifika kollox u tghatti d-dnubiet kollha. Jiena ma nqishiex hekk. Il-Gvern ma jqishiex hekk. U ghalhekk se ninawguraw illum dan il-kumpless li se jsahhah il-glieda kontra il-kriminalita', pero' se joffri dinjita' lil kull min ighammar jew jahdem f'dal post, ufficjali tal-Pulizija jew cittadini privati.
Ir-responsabbilitaċ tal-glieda kontra l-kriminalitaċ mhiex tal-Pulizija biss; hija tal-legislatur, tal-amminsitrazzjoni u fl-ahhar mill-ahhar taghna lkoll.
Irrid nghid illi l-Pulizija wettqet successi mhux zghar fil-glieda kontra il-kriminalitaċ bċmod specjali dik konnessa mad-droga. Insemmi biss li fl-ewwel sitt xhur taċ dis-sena gew mressqa il-Qorti 268 persuna fuq pussess, zjieda ta' 34% fuq is-sena l-ohra kollha; 140 fuq traffikar, zjieda taċ 28% fuq tnax-il xahar tas-sena l-ohra; gew arrestati fl-ewwel sitt xhur daqs kemm gew arrestati s-sena kollha. Inghataw 271 sentenza fċsitt xhur, is-sena li ghaddiet fi tnax-il xahar 254. Niehu gost ukoll ninnota li fl-ewwel sitt xhur taċ din is-sena gie registrat kull xahar tnaqqis fic-cifra taċ reati rapportati lill-Pulizija komparat mas-sena li ghaddiet.
Fis-26 taċ Gunju 2001 il-Gvern, wara li kien ippublika White Paper fċOttubru 2000, ipprezenta fil-Parlament Abbozz bċ155 klawsola li jwettaq revizjoni shiha tal-Kodici Kriminali. Din ir-revizjoni tintroduci ghall-ewwel darba r-reat taċ kongura, dak taċ assocjazzjoni biex wiehed iwettaq reat, l-uzura, it-traffikar illegali taċ persuni umani, il-mibeghda razzjali, il-pornografija tat-tfal, it-trasmissjoni doluza taċ mard infettiv, ir-reat taċ korruzzjoni fis-settur privat, ir-reat specifiku taċ mohqrija jew traskuragni tat-tfal, ir-reat taċ min iwieghed vantagg mhux xieraq lil haddiehor, ir-reat taċ min ma jhallasx il-manteniment li jkun ftiehem maċ martu.
Se nsahhu il-posizzjoni tal-vittma tar-reati li ghall-ewwel darba se jkollha d-dritt li tkun prezenti fċkull stadju tal-proceduri kriminali u anki tkun assistita minn avukat fil-maggoranza tal-kazi. Barra minn hekk, tkun tistaċ taghmel it-talba lill-Avukat Generali sabiex jappella minn sentenza tal-Qorti tal-Magistrati.
L-Avukat Generali se jinghata d-dritt li jappella minn sentenzi tal-Qorti tal-Magistrati. Se jkollu wkoll id-dritt li jitlob lill-Qorti tawtorizza investigazzjonijiet specjali, iffrizar u konfiska taċ assi, fċreati taċ iktar minn sena prigunerija.
Sabiex titkisser is-solidarjetaċ bejn min iwettaq reati, u sabiex jigu mghejjuna il-vittmi tar-reati, l-abbozz jipprovdi ghal tnaqqis fil-pieni ghal min jaghmel tajjeb il-hsara li jkun wettaq fil-kazijiet taċ serq, frodi jew hsara volontarja, basta wkoll li jikxef l-identita' tal-komplici tar-reat.
Irridu peroċ nzommu il-bilanc bejn id-drittijiet tal-individwu u dawk tas-socjeta'. Ghalhekk ghall-ewwel darba, kull arrest jew tfittxija, hlief fċkazijiet urgenti, biex isiru, irid ikun hemm mandat ċwarrantċ taċ Magistrat. Il-persuna arrestata se jkollha dritt li permezz tal-Pulizija tikkomunika il-fatt tal-arrest taghha, jekk trid hi, lill-qraba taghha . Se jkollha d-dritt li tigi ezaminata waqt li tkun arrestata fċdal-kumpless li se nifthu illum, minn tabib tal-ghazla taghha, u fuq kollox se jkollha dritt li tikkonsulta maċ avukat tal-ghazla taghha ghal siegha qabel l-interrogazzjoni taghha.
Il-ligi tal-libertaċ provvisorja qed tigi mibdula sabiex sa mill-ewwel seduta anki fuq talba verbali, tistaċ tintalab il-libertaċ provvisorja. Barra minn hekk il-prattika tal-ċhabeas corpusċ qed tigi inkorporata fil-ligi.
F'dawn l-ahhar tliet snin il-Gvern zjied l-ispiza kapitali bċ40% fl-ewwel budget taċ din il-legislatura u zamm il-livell tal-vot ghal spiza kapitali fuq l-istess livell ghal tliet snin. Dana kien ifisser illi l-ispiza konnessa maċ dan il-kumpless li lahqet kwazi il-miljun lira (Lm 900,420) ma tippregudikax ix-xiri taċ taghmir u vetturi ghall-glieda kontra il-kriminalitaċ. Niehu gost inhabbar illi inxtrat magna kompjuterizzata gdida li tqabbel id-"data" tal-fingerprints fċidejn il-Pulizija, taghmir li ghandu jhalli r-rizultati fil-futur qarib.
Barra minn dana l-ispiza rikorrenti tal-Pulizija zdiedet bċ26% fi tliet snin, filwaqt illi saru tliet reklutaggi u ghadu kif fetah ir-rabaċ wiehed. Fċdawn l-erbaċ reklutaggi l-applikanti ghall-ewwel darba kellu jkollhom mill-inqas tliet ċOċ levels bil-Malti u Ingliz obbligatorji; u fl-ahhar reklutagg it-tul, ghalkemm jittiehed in konsiderazzjoni mċghadux fattur taċ eligibilitaċ.
Il-kumpless il-gdid li se ninawguraw huwa importanti. Izda l-ebda bini wahdu ma jilhaq l-iskop tieghu jekk in-nies li jkun hemm fih u juzawh, ma jkunux motivati fix-xoghol taghhom. U l-ebda Pulizija wahdu u l-ebda skwadra wahedha ma jistghu jilhqu l-ghan taghhom jekk ma jkollhomx il-fiducja tal-pubbliku.
Dik il-fiducja mill-istudji taċ stharrig ghadha hemm, izda trid tinkiseb u tintrebah kull jum. Tinkiseb bid-dixxiplina, bl-ezempju, bil-mod kif il-Pulizija jittrattaw man-nies, anki dawk li jiksru il-ligi. Li wiehed ikun goff mal-pubbliku jaghmel hsara daqskemm taghmel gid azzjoni, mqar zghira, taċ solidarjetaċ umana li hafna Pulizija juru mal-membri tal-pubbliku, fil-mument meta dawn taċ l-ahhar l-iktar li jkunu mxennqa ghal hniena u moghdrija. Il-vizjoni tieghi tal-Pulizija mhiex taċ Pulizija vendikattiva, izda taċ wahda li twettaq il-ligi minghajr bizaċ u favuri, izda ukoll bċwicc u stil uman, minghajr l-inflessibilitaċ ta' Shylock, iva soda izda wkoll mimlija komprensjoni.
J'Alla dal-pass importanti li qed niehdu illum iwettaq din il-vizjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN