Left arrow Go Back

KONSULTAZZJONI U PREŻENTAZZJONI FUQ IL-LIĠI L-ĠDIDA TAL-LIĊENZJI TAN-NEGOZJU

pr1083
Date Icon 18/07/2001

Qed titressaq liġi li għandha tgħin biex jigi organizzat aħjar is-suq, permezz ta' sistema ġdida li ser tkun qed toħroġ il-liċenzji tan-negozju; u li ser tieħu post il-proċess eżistenti tal-ħruġ tal-licenzji mill-pulizija. L-impenn tal-Gvern huwa li permezz ta' din il-leġiżlazzjoni ikollu f'idejh l-aħjar għodda biex ikollu proċess ta' ħruġ tal-liċenzji iżjed simplifikat u effiċjenti minn dak tal-preżent.

Kull liċenzja, minflok li tinħareġ mill-Pulizija, ser tibda tinħareg minn Awtorita' jew Dipartiment li huwa responsabbli skond il-liġi li tirreġola l-attivita' kummerċjali. Għalhekk dawn l-awtoritajiet u dipartimenti ghandhom huma stess johorgu l-liċenzji tan-negozji li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tagħhom.

Huwa mistenni li kull liċenzja minn kull Awtorita' jew Dipartiment tinħareġ wara li tkun saret għaliha applikazzjoni fuq kriterji stabbiliti, u hekk kull individwu li ser ikun qed jitlob liċenzja ser ikun mgħarraf x'inhuma l-obbligi u r-responsabbilitajiet tiegħu f'dak il-qasam.

Huwa l-impenn tal-Gvern li permezz tal-proċess tal-ħruġ tal-liċenzja tan-negozju jasal li jgħin fl-organizazzjoni tas-suq permezz ta' l-eliminazzjoni ta' kull negozju li jaħdem bla permess meħtieġ. Il-proċess għall-ħruġ tal-liċenzji ser ikun simplifikat kemm jista' jkun, għalhekk irridu naslu f'ċirkustanza li ħadd ma jista' jġib skuża bil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji biex jiġġustifika għaliex m'għandux liċenzja. Il-Gvern ser jara li kull min irid jaħdem fin-negozju u jiftaħ in-negozju tiegħu, ser ikollu l-aħjar opportunita' li jagħmel dan u jkun mgħejjun b'sistema effiċjenti u bi kriterji li jkunu magħrufa minn kullħadd. Għalhekk l-impenn tal-Gvern huwa li ma jittollerax min jaħdem bla permess.

Permezz ta' din il-liġi, huwa ttamat li l-Gvern ikollu għodda ahjar biex jissorvelja u jagħmel enforcement biex jiġġieled kontra l-Black Economy.  F'ekonomiji ħielsa ma nistgħux naħsbu li kulħadd jista' jagħmel li jrid, sempliċiment għaliex issa qegħdin nilliberalizzaw. Izjed ma nilliberalizzaw is-suq, iżjed ser inkunu neħtieġu operaturi f'suq responsabbli u li jkunu jafu x'inhi r-responsabbilita' tagħhom.

Għalhekk liċenzja m'għandhiex titqies bħala l-għodda li biha nirregolaw is-suq, iżda l-permess li jingħata għal min irid jinnegozja f'premises jew triq.

Infatti Artikolu 13 jisħaq u jirregola fuq hekk, l-attivita' ekonomika. "Ħadd ma jista' jiftaħ jew iżomm xi post kummerċjali kemm -il darba ma jkunx id-detentur dwar xi tali post liċenzjat mill-awtorita' regolatorja."

Hekk ukoll Artikolu 14 ikompliĠ "Ħadd ma jista' jiġġestixxi xi attivita' kummercjali f'xi triq mingħajr liċenzja mill-awtorita' regolatorja."

L-istess liġi ser tagħti poter lill-Ministru responsabbli mill-Kummerċ biex (skond Artikolu 18) jirreġistra lil min ikun qiegħed jagħmel "xi attivita' kummerċjali minn x'imkien ieħor li ma jkunx post kummerċjali". Hawn qegħdin nirreferu għal min jagħti servizz mhux minn post liċenzjat.

L-għan ta' din il-liġi huwa li ma tippermettix lil min jaħdem bla liċenzja jew bla reġistrazzjoni. L-organizazzjoni tan-negozju f'pajjiżna għandha tittieħed bis-serjeta' għaliex wasalna f'mument li, jekk il-Gvern jippermetti lil min qiegħed fin-negozju jew ibiegħ servizz, jaghmel kif irid u bla ebda serjeta' ta' xejn, il-Gvern mhux ikun qiegħed jgħin iżda jfixkel lill-istess operaturi.

Illum il-Gvern bil-kuntrarju ta' dan, ikun qiegħed jgħin kemm-il darba jara li s-settur kummerċjali qiegħed imexxi n-negozju b'regoli li jixhdu s-serjeta'. M'għadux żmien li jkollna nies li jahdmu f'dan il-qasam tan-negozju, li jahsbu li jistghu jaghmlu li jridu. Bħalissa għandna diversi każi fejn aġenti ta' l-insurance ma jaċċettawx li jagħtu insurance lil ċertu setturi tan-negozju, għaliex ma jridux jirriskjaw ma' dawn is-setturi; għaliex ma jarawx serjeta' fix-xogħol ta' dawn is-setturi.

Din il-liġi hija kontinwazzjoni u komplimentari għal liġijiet oħra magħmula bl-istess għan, biex jaraw kif jgħinu sabiex fis-suq ikollna iżjed serjeta' u suq organizzat.

Din is-serjeta' ma jistax jasal għaliha biss il-Gvern waħdu, anzi din il-liġi qed tobbliġa lill-Gvern li jaħdem aktar mal-għaqdiet tan-negozju. Infatti Artikolu 5 jittratta dwar it-twaqqif ta' Kumitat Konsultattiv dwar il-liċenzji, fejn ser naraw li dan il-kumitat ikun jinkludi fih rapprezentanti tal-Kamra tal-Kummerċ , l-F.O.I., u l-G.R.T.U., kif ukoll hemm l-opportunita' li f'laqgħa ta' dan il-Kunsill, tkun tista' tipparteċipa kull għaqda oħra tan-negozju li jkollha nteress aktar fil-qrib ta' dak li jkun qiegħed jiġi diskuss.

Din hija liġi li għandha twassal għall-bidliet kbar f'dik li hija amministrazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju. Il-bidla li qed nippruvaw naħdmu għaliha hija radikali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow