Jitwaqqaf l-ISP Group
pr1079
17/07/2001
| "Ninsabu fi zmien ecitanti f’pajjizna, zmien li ser joffri | opportunitajiet godda ghal-Malta. Jekk is-settur privat flimkien mal-Gvern jaghraf jigbed habel wiehed certi li lkoll ngawdu minn dawn l-opportunitajiet illum qabel ghada." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta kien qed jindirizza l-ewwel laqgha ta’ l-ISP Group. |
| L- ISP Group huwa grupp li li jhaddan lill-Internet Service | Providers Maltin kollha, u gie mwaqqaf taht il-kappa tal-Kummissjoni e-Malta. |
Is-settur ta’l-Internet f’pajjizna huwa wiehed relattivament gdid. Ftit kellna esperjenza fih. Huwa settur sensittiv u kompettitiv hafna. Kien ghallhekk li l-Gvern alloka r-responsabilità tal-politika elettronika lill-Ministeru wiehed.
| Il-Ministru Gatt sahaq li l-Gvern ser jistinka biex johloq l-ambjent | ottimali sabiex jitkattar dan is-suq f’pajjizna u mhux nikkompetu mas-settur privat. Ghal dan l-iskop inholoq qafas legali li ser jinzamm aggornat kontinwament. Ser ikun assigurat li jkun hawn level play-ground ghal-players kollha. Huwa l-iskop tal-Gvern li jaghti direzzjoni cara lil dan il-qasam. "M’ahniex ser inhallu spazju ghall-incertezza u ghad-dilettantizmu", kompla Dr. Gatt "u ser nizguraw li kulhadd ikollu access ghat-teknologija". |
| L-ISP Group ser jitwaqqaf wara li gharafna l-limitazzjonijiet | ta’ pajjizna u allura l-importanza tal-konvergenza. Il-Ministru Gatt sahaq li l-ghan principali huwa li permezz ta’ dan il-forum nkattru l-penetrazzjoni ta’ l-internet u li naghmlu mill-internet f’pajjizna tieqa fuq l-opportunitajiet li toffri l-globalizzazzjoni. Dr. Gatt qal li dan il-forum mhuwiex ser ikun wiehed ghall-paroli, izda ser ikun espressjoni ta’ maturita u professjonalità fejn ser nittrattaw l-isfidi f’dan il-qasam b’serjeta kbira u naghrfu ndawruhom f’opportunitajiet. |
| Il-Ministru Gatt tenna l-appogg u s-support politiku tieghu, | bhala Ministru repsonsabbli mill-e-Malta, ghas-settur privat b’mod partikolari l-ISPs. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN