Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA PUBBLIKA BI TWEGIBA GHALL-ISTQARRIJA TAL-KUNSILL LOKALI MARSASCALA BID-DATA TAT-12 TA’ LULJU 2001

pr1078
Date Icon 17/07/2001

Waqt li d-Dipartiment tas-Sahha Pubblika jiehu pjacir li fil-livell ta’ Kunsilli Lokali tigi diskussa l-possibilità li titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku b’mod generali dwar rimi ta’ skart fil-bahar, inhossu li l-informazzjoni li tinghata lill-istess pubbliku, ghanda tkun informazzjoni korretta w bazata fuq il-fatti.

Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika ma jaqbilx illi –

  1. il-bajjiet u x-xtut kollha tan-naha t’isfel ta’ Malta ma’ jistax isir ghawm fihom.
  2. tali bajjiet mhux ser jibqghu jigu kkunsidrati mid-Dipartiment tas-Sahha Pubblika bhala bathing zones minhabba xi zbroff ta’ drenagg.
Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika jrid jenfasizza l-importanzali ghandha tinghata informazzjoni korretta lill-pubbliku jekk verament irridu li tinholoq kuxjenza mhux partiggjana dwar il-bzonn li tinzamm l-indafa dejjem u kullimkien, anke fil-bahar.
Kif digà gie referut fl-istqarrija li ghamel id-Dipartimenttas-Sahha Pubblika, certu zoni matul il-kosta tal-postijiet indikati f’ittra li l-Kunsill Lokali ta’ Marsascala baghat lill-media lokali; jigifieri l-kosta ta’ Marsascala, Xghajra, Kalkara, Marsaxlokk u Birzebbuga, u minhabba li tali zoni huma postijiet ta’ rmiggi ghal bcejjec tal-bahar, mhux ser jibqghu jitqiesu bhala ‘bathing zones’ mid-Dipartiment. Dan ma’ jfissirx li prezentament hemm xi kontaminazzjoni, imma li peress li mhux rakkommandat l-ghawm f’dawn il-postijiet, persuni li jghumu hemmhekk qed jaghmlu dan ghar-riskju personali taghhom.
Dwar li jinholqu l-istrutturi necessarji ghal danil-ghan, id-Dipartiment javza illi tali strutturi huma digà ezistenti, tant li kull sena, fl-istagun ta’ l-ghawm u allura minn nofs Mejju sa nofs Ottubru, jittiehdu diversi kampjuni tal-bahar mil-bajjiet kollha madwar Malta u Ghawdex u dan b’mod regolari.
Dawn il-kampjuni jigu ezaminati fil-laboratorjital-Gvern u meta jinstab xi tniggiz, il-bajja kkoncernata tinghalaq ghal pubbliku, billi jinhareg avviz mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni; kif ukoll jitwahhlu tabelli fil-post li jindika dan. Wara li johorgu tlett kampjuni konsekuttivi mill-istess post minghajr l-ebda kontaminazzjoni, il-bajja koncernata terga’ tigi ddikjarata tajba ghal ghawm, b’avviz iehor mill-istess Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow