Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TA' L-ONOR EDWIN VASSALLO SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI WAQT INAWGURAZZJONI TAS-SISTEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI - KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT

pr1066
Date Icon 13/07/2001

Ftit tal-ġranet ilu inawgurajna l-proċess ta' reġistrazzjoni ta' l-artiġjani u l-imprendituri fl-artiġjanat. Issa minnufih irridu nuru li l-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qiegħda tilħaq l-iskop tagħha.

Fl-ewwel fażi tal-ħidma tiegħu l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qiegħed jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq is-settur tal-bejgħ tas-souvenirs. Il-proċess tal-manifattura għal dan is-suq, huwa wieħed li jinvolvi livell ta' value added li jiggarantixxi l-ġenwinita' tal-prodott u hekk jiggarantixxi l-prezz tiegħu.

Għal dan il-għan meta kien ikkunsidrat il-fatt li f'dan il-pajjiż in-numru ta' turisti li jiġu jżuruna, huwa sodisfaċenti, huwa kkalkulat li x-xiri minn dawn it-turisti jlaħħaq biss is-7% tal-bejgħ tas-settur tar-retail.

Jiena perswazz li b'ħidma kkordinata u b'impenn ta' sinerġija bejn diversi inizjattivi, nkunu nistgħu nżidu l-bejgħ lit-turist. Il-fehma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat hija li jekk irridu nżidu l-bejgħ ta' l-oġġetti bi prezz irħis, irridu nbiegħu wkoll oġġetti bil-ġenwinita' tal-Artiġjanat iggarantita. Għalhekk irridu li naħdmu bi sforz kollettiv biex intejjbu l-preżentazzjoni tal-prodotti tagħna.

Ser issir ħidma biex 'il quddiem ikollna skeda t'attivitajiet f'dan iċ-Ċentru ta' Krejattivita' biex, bis-sehem tal-Kulleġġ għall-Arti u Disinn, inkunu f'pożizzjoni li niddiskutu aħjar kif nistgħu nkunu aktar innovattivi u krejattivi fid-disinn u l-manifattura tal-prodotti tagħna li ser ikunu maħsuba biex jinbiegħu kemm għas-suq lokali kif ukoll għas-settur turistiku.

Bħala parti minn din il-ħidma, minn issa, għal dan l-istaġun turistiku, il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qiegħed jinawgura l-materjal pubbliċitarju li għandu jservi ta' ċertifikazzjoni għall-prodotti li huma maħduma ġenwinament f'pajjiżna minn Artiġjani rreġistrati mal-Kunsill. Dan il-materjal ta' promozzjoni għandu jservi bħala ċertifikazzjoni li l-Kunsill qiegħed jagħmel lil min qiegħed jixtri u ser ikunu b'forma ta' biljett lill-artiġjan irreġistrat mal-Kunsill ser ikollu l-opportunita' li jwaħħal jew iqiegħed mal-prodott li jimmanifattura u jbiegħ.

Nittamaw li b'din l-inizjattiva, il-preżentazzjoni tal-prodotti maħduma f'pajjiżna tibda titjieb, u l-artiġjani nfushom u hekk ukoll l-imprendituri jibdew ukoll jagħrfu l-ħtieġa li biex inżidu l-bejgħ irridu intejjbu l-preżentazzjoni tal-prodott.

Hekk ukoll għall-imprendituri li huma rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat. Dawn ser jingħatalhom mill-Kunsill ċertifikat li għandu jkun imqiegħed fil-ħanut biex juri li f'dak il-ħanut isib prodotti maħduma ġenwinament f'pajjiżna.

Illum ukoll qed tiġi nawgurata f'dan il-kumpless għall-ewwel darba wirja speċjalizzata ta' prodotti li huma manifatturati Malta li huma ntenzjonati li jinbiegħu kemm għas-suq turistiku kif ukoll għas-suq lokali għal dawk li huma kapaċi japprezzaw il-ħila tal-artiġjan Malti. Dawn huma prodotti b'valur miżjud, huma prodotti li qegħdin nesibixxu f'dan il-kumpless u maż-żmien il-Kunsill jistieden lill-artiġjani kollha biex jesibixxu l-prodotti tagħhom. Din hija inizjattiva oħra meħuda mill-kunsill biex l-artiġjant Malti jkun apprezzat dejjem aktar.

L-impenn tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat huwa li jżid il-bejgħ tal-manifattura artiġjanali Maltija u jgħin lill-imprendituri jbiegħu dak li huwa Malti.

Dawn huma inizjattivi meħuda biex igħinu lil dawk li għażlu li jkunu rreġistrati mal-Kunsill. Hekk, il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qiegħed juri li huwa għandu l-impenn li jaħdem għall-artiġjani u l-imprendituri li jridu jaħdmu bis-serjeta'. Il-prodott Malti u Għawdxi jrid ikun ippreżentat għall-bejgħ u jingħażel minn prodotti oħra għaliex kapaċi jkunu jiddistingwu lilhom innifishom bil-kwalita' u l-prestiġju li huma riżultat tal-proċess tal-manifattura ta' l-istess prodotti.

Ġimgħa biss wara li bdejna s-sistema ta' reġistrazzjoni, il-Kunsill beda juri li min ikun reġistrat ser ikollu lill-istess Kunsill igħinu u jaħdem għalih. Din il-ħidma qiegħda ssir għaliex il-Gvern huwa mpenjat li jara li jgħin li kull inizjattiva mprenditorjali li toffri potenzjal.

B'din l-inawgurazzjoni tal-lum il-Kunsill diġa' ser ikun poġġa fuq is-suq erba' benefiċċji għal min ikun irreġistrat. 'Il quddiem din il-ħidma tkompli tinfirex għal oqsma oħra w inizjattivi oħra. Jien nerġa' ntenni l-impenn tiegħi u tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat biex inġibu din l-industrija, din il-ħila ta' l-id, aktar 'il quddiem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow