PREŻENTAZZJONI LIR-REBBIEĦA TAL-KOMPETIZZJONIJIET TAL-PADILJUN TA' MALTA FIL-FIERA INTERNAZZJONALI
Illum, is-Sur Anthony Mifsud, Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ippreżenta 6 air ticket vouchers lir-rebbieħa ta' kompetizzjoni li qed tiġi organizzata kuljum fil-Padilun ta' Malta fil-Fiera Internazzjonali fix-Naxxar.
Huwa hu jitkellem dwar il-Padiljun ta' din is-sena bit-tema "L-Unjoni Ewropea u Int" is-Sur Mifsud qal li saru ħafna preparamenti biex jiġi mtella' l-Padiljun mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, bl-għajnuna ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, l-EU Directorate u l-EU Negotiating Secretariat. Is-Sur Mifsud irringrazzja lis-Sur John Saliba, Group Head Marketing and PR ta' l-Air Malta, li kien preżenti, ghal 15-il passaġġ bl-ajru ghal diversi bliet Ewropej, li l-Air Malta gentilment offriet ghal din il-kompetizzjoni.
Qabel saret il-preżentazzjoni, is-Sur Emanuel Abela, Direttur ta' l-Informazzjoni qal li huwa kkalkulat li sa issa żaru l-Padiljun ta' Malta madwar 13,000-il persuna u li minnhom ipparteċipaw fil-kompetizzjoni fuq it-8,000 ruh. Huwa żied jgħid li din il-kompetizzjoni qajmet ħafna interess u li waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Fiera, wieħed seta' jara kwantità kbira ta' nies, inklużi tfal akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom, jimlew il-kwestjonarju li fih 15-il mistoqsija; fil-fatt, waħda mill-kompetizzjonijiet intrebħet minn tifel ta' 10 snin. Is-Sur Abela qal li għalkemm il-mistoqsijiet tal-kwestjonarju kienu relattivament sempliċi, huwa nkoraġġanti l-fatt li l-average ta' mistoqsijiet imwieġba tajba kien ta' 12.
Tabella li turi dettalji tar-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet li saru mill-1 sa l-10 ta' Lulju, issegwi. Matul kull jum tal-bqija tal-Fiera, jibqa' jintrebaħ passaġġ bl-ajru għal xi belt Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN