Left arrow Mur Lura

IL-KUMITAT TA’ ASSOCJAZZJONI KE-MALTA JILTAQA’ LLUM FIL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN

pr1042
Date Icon 09/07/2001
Illum qed issir laqgha tal-Kumitat ta’Assocjazzjoni bejn il-Komunita’ Ewropea u Malta. F’din il-laqgha qieghdin jippartecipaw delegazzjoni Maltija, immexxija minn Richard Cachia Caruana, Chairman tal-Grupp tan-Negozjaturi, u rapprezentanti mill-istati membri. Dawn ta’ l-ahhar huma mmexxija mill-Ambaxxatur Belgjan ghal Malta, l-ET Patrick Nothomb, minhabba illi din il-laqgha qieghda ssir waqt il-Presidenza Belgjana ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-ahhar darba li ltaqa’ dan il-Kumitat, illi huwamwaqqaf permezz tal-Ftehim ta’ Assocjazzjoni tal-1971 bejn il-Komunita’ Ewropea u Malta, kien fit-2 ta’ Lulju 1990.
Ghalhekk din hija l-ewwel darba li dan il-Kumitatqieghed jiltaqa’ biex jigi diskuss il-progress fin-negozjati ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-delegati qieghdin jiddiskutu l-istrategija ta’ Malta f’dan iz-zmien ta’ pre-adezjoni, b’mod partikolari is-Suq Intern, il-Protezzjoni tal-Konsumatur, l-Ambjent, il-Biedja u it-Trasport, fost diversi suggetti ohra.
Fl-isfond tal-process ta’ shubija ta’ Maltafl-Unjoni Ewropeja, il-Kumitat ta’ Assocjazzjoni iddiskuta wkoll il-liberalizazzjoni tal-esportazzjoni ta’ hut u prodotti agrikoli Maltin lejn l-Unjoni Ewropea. Diga’ ntlahaq ftehim biex hut esportat minn Malta lejn l-Unjoni Ewropeja jigi ezentat mid-dazju fi zmien sentejn. Hut imrobbi, precizament l-awrat u l-ispnott, ikunu ezentati fi zmien sena. Fil-kaz illi Malta ma tibqax tippartecipa fil-process ta’ shubija, dan il-ftehim ikollu jerga’ jigi negozjat.
In-naha Maltija pproponiet ukoll illi ghandu jinholoqkumitat ta’ hidma biex jigu identifikati prodotti u setturi agrikoli fejn jista’ jkun hemm skambji kummercjali minghajr xkiel ta’ dazji jew levies.
Numru ta’ ufficjali anzjani tas-servizz pubblikuqieghdin jippartecipaw fid-diskussjonijiet.

Diskors tal-ftuh ta’ l-Ambaxxatur Belgjan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow