Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD

pr1035
Date Icon 06/07/2001
Fid-dawl ta’ l-istqarrija dwar l-istudju msemmiminn l-Onor. Dr George Vella, il-Ministru ta’ l-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, qal li l-istudju li qed jirreferi ghalih il-Membru ta’ l-Oppozizzjoni huwa bbazat fuq l-aghar cirkostanzi li qatt jistghu jsehhu fl-industrija tas-sajd. Il-Ministru Zammit fisser li l-imsemmija cirkostanzi huma ferm difficli li jsehhu peress li s-sajjieda Maltin fil-prezent diga` jesportaw kull tip ta’ hut specjalment meta tinqalghalhom okkazjoni ghall-prezzijiet ahjar.
Il-Ministru Zammit kompla jghid li shubija shihafl-UE tfisser li l-possibilita` tas-swieq tikber ghaliex is-suq Ewropew huwa elf darba akbar minn dak lokali. Il-konsumatur Malti m’ghandux jigi effettwat minn differenza fil-prezz peress li l-UE ghandha hafna arrangamenti fejn il-prodotti tal-hut importati minn xi pajjizi mhux membri ma jhallsux landing tariffs. Fost dawn il-pajjizi hemm Tunez, il-Marokk, il-Mawritanja u ohrajn. Xi importazzjoni minn dawn il-pajjizi wara li nsiru membri ma jkunux suggett ghal xi tip ta’ dazji u ghaldaqstant il-prezzijiet ma` jizdiedux.
Il-Ministru Zammit kompla jghid li l-Onor. Dr GeorgeVella jew qed jinfaxxa rasu qabel ma jaqsamha jew inkella qed jipprova jaghti l-impressjoni li ghandu informazzjoni iktar mill-Gvern. Il-25 mil tal-conservation zone ghadhom qed jigu negozjati b’mod tekniku sabiex jigi definit fuq bazi xjentifika t-twaqqif ta’ zona ta’ konservazzjoni. Fic-cirkostanzi jkun hafna aktar ghaqli biex waqt in-negozjati kulhadd jaghti appogg shih halli naslu ghal rizultat siewi ghal pajjizna.
Fir-rigward tas-sussidji, id-Deputat ta’l-Oppozizzjoni ghandu jiftakar li l-mizuri li thaddan il-Kummissjoni Ewropea huma indaqs ghal kulhadd. Ghaldaqstant, l-istess deputat ghandu jkun konxju wkoll tal-fatt li taht l-FIFG hemm anke` programmi ghas-sajd artigjanali.
Rigward il-problema li nqghalet dan l-ahhar bejnsajjieda Maltin u dawk Taljani, il-Ministru Ninu Zammit tenna li l-Onor. George Vella jidher li ma segwiex x’intqal mid-Dipartiment u mill-Ministeru. Dan ghaliex sa mill-bidu nett, il-pozizzjoni kienet li l-ezistenza fl-operat ghas-sajjieda Maltin u barranin trid tibqa’ tigi garantita. Fil-fatt diga` ssemma diversi drabi l-fatt li jrid jitressaq pjan fil-fora internazzjonali li jippermetti lil kulhadd ikun jista’ jistad fl-ibhra internazzjonali .
Dwar l-ispotter plane, il-Ministru Ninu Zammitfakkar li l-uzu ta’ l-ajruplan mhux permess matul ix-xahar ta’ Gunju. F’Lulju u f’Awisssu ma jistax jintuza ghaliex il-bastimenti tax-xibka m’ghandhomx permess li jahdmu mis-16 ta’ Lulju sa’ l-ahhar ta’ Awissu. Dawn huma kollha rizoluzzjonijiet ta’ l-ICATT li kienu gew imressqa fl-1996 u sussegwentament gew approvati fil-laqgha tal-GFCM f’Awissu ta’ l-1997 li kienet saret fi zmien amministrazzjoni Laburista.
Fl-ahharnett, il-Ministru ta’ l-Agrikoltura u Sajdstqarr li d-Direttur tas-Sajd u Akwakultura lest jiddikjara b’affidavit li ma ghandu l-ebda nvolviment ma xi agenti tas-sajd jew ma dghajjes tas-sajd barranin. Id-Direttur tas-Sajd ghamel biss kuntatti fil-qadi ta’ dmirijietu waqt it-tahditiet biex tinstab soluzzjoni ghall-incidenti li nqalghu dan l-ahhar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow