DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI, L-ONOR. EDWIN VASSALLO, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAR-REGOLAMENTI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA' L-ARTIĠJANI U L-IMPRENDITURI
Il-Kunsill Malti għall-Arti'janat huwa xhieda ta' impenn tal-ħidma u l-interess tal-Gvern li jgħin lil min qiegħed jinvesti u jaħdem fl-industrija tal-manifattura. Bl-istess impenn w interess permezz ta' dan il-Kunsill, il-Gvern irid li jgħin lill-imprendituri li qegħdin ibiegħu dawn il-prodotti maħduma fl-industrija tal-manifattura tagħna. Il-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Arti'janat għalhekk hija maħsuba li twassal għas-suċċess ekonomiku kemm lill-arti'janat kif ukoll lill-imprenditur. L-interess tal-Gvern huwa li permezz ta' din il-ħidma jgħin lil kull min irid ikun involut fil-ħidma tal-manifattura jew bejgħ tal-prodott ta' l-arti'janat biex jasal li jkollu negozju li jiżviluppa u joħloq opportunitajiet ta' mpjiegi.
Mill-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Arti'janat għandu jgawdi kull min huwa nvolut fil-manifattura bħala arti'jan kif ukoll kull imprenditur li jbiegħ il-prodotti mmanifatturati f'pajjiżna. Min ikun irre'istrat igawdi minn parteċipazzjoni diretta fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill permezz ta' rappreżentanti eletti minn fost l-arti'jani w imprendituri. Permezz tal-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Arti'janat, il-Gvern qed jippjana u jaħdem biex jaqsam dan l-impenn ma' dawk kollha li huma nvoluti bħala arti'jani w imprendituri. Il-Gvern jikkonsulta u jfassal ħidma effettiva proprju biex tinħadem flimkien ma' dawk kollha li jagħżlu li jagħtu sehemhom biex jaraw li jaslu għas-suċċess li huma tant jixtiequ u jaħdmu għalih.
Min ikun irre'istrat ikun jista' jgawdi b'mod aktar dirett il-benefiċċji li dawk kollha li jkunu rre'istrati mal-Kunsill ser igawdu. Il-Kunsill iqisu bħala dak li jimpurtah mill-avvanz ta' xogħolu, għalhekk ser ikun ta' 'id l-aktar għal min ikun irre'istrat. Il-Kunsill huwa magħmul minn dawk kollha rre'istrati fih. Il-Kunsill mhux Kunsill tal-Gvern, iżda Kunsill ta' l-Arti'janat u l-Imprendituri. Intant bil-Li'i huwa mitlub li ssir elezzjoni bejn dawk kollha rre'istrati biex jagħżlu minn fosthom imprendituri w arti'jani biex ikunu membri fl-eżekuttiv tal-Kunsill. '?alhekk il-Kunsill huwa mpenn ta' ħidma speċjalment favur dawk kollha li huma rre'istrati fih.
Kemm jekk int Imprenditur kif ukoll Arti'jan skond kif tkun irre'istrat għandek dawn il-benefiċċji:-
- Il-Kunsill jikkonsulta miegħek fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali biex jgħinek tiżviluppa l-investiment tiegħek.
- Il-Kunsill jara li jorganizza kampanja ta' pubbliċita' kemm elettronika kif ukoll permezz ta' publikazzjonijiet fejn ismek u l-interess tiegħek fl-arti'janat ikunu magħrufa, biex int u l-prodotti tiegħek ikunu jistgħu jsiru aktar magħrufa fost is-setturi kollha tal-komunita' sew lokali kif ukoll barranin.
- Dejjem wara konsultazzjoni ma' dawk kollha rre'istrati, l-Kunsill jorganizza ħidma ta' marketing bla ħlas fejn iqarreb dawk l-arti'jani li huma nvoluti fil-manifattura ma' l-imprendituri li jkunu qegħdin ifittxu jixtru prodotti ta' l-arti'janat.
Esebizzjoni fil-Malta International Trade Fair li ssir kull sena kif ukoll esebizzjoni ta' prodotti arti'janali fiċ-Ċentru tal-Kavallier ta' San Ġakbu.
- Il-Kunsill iħabrek biex flimkien ma' l-M.D.C. u l-M.E.T.C.O. jorganizza wirjiet u jara li dawn l-organizzazzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-ismijiet ta' l-arti'jani jew imprenduturi skond il-każ. F'dawn il-wirjiet u esebizzjonijiet, ikollhom l-aħjar opportunitajiet li jesebixxu l-prodotti tagħhom kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż.
- '?al dawk irre'istrati jsiru laqgħat u seminars ta' diskussjonijiet dwar l-aspett folkloristiku kif ukoll dwar l-aspett ta' disinn u nnovazzjoni fil-manifattura bil-għajnuna ta' istituzzjonijiet diversi fosthom l-Universita' ta' Malta kif ukoll il-Kulle'' ta' l-Arti u d-Disinn.
- Dawk li huma rre'istrati jkollhom ukoll il-faċilitajiet li jesebixxu l-prodotti tagħhom f'wirjiet permanenti fiċ-Ċentru Snajja Maltin fi Pjazza San Mark, il-Belt.
- F'lokalitajiet differenti jkunu organizzati laqgħat u wirjiet biex l-arti'janat ikollu aktar apprezzament kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin.
- Iqassam tagħrif u jsiru studji sabiex ji'u identifikati l-materja prima, id-disinn, riċerka dwar is-suq u programmi dwar il-bejgħ.
- Igħin lill-Arti'jani u lill-Imprendituri jifformaw gruppi u għaqdiet tan-negozju jew koperattivi.
- Il-Kunsill jilqa' su''erimenti jew ilmenti dwar inefiċċjenza jew dwar xi servizz relatat ma' l-industrija. '?alhekk min huwa rre'istrat għandu l-aħjar aċċess biex iwassal l-ilment jew is-su''eriment.
- Il-Kunsill jidħol f''emella'' ma' Kunsilli oħra simili biex ikun hemm skambju ta' idejat kif ukoll ta' żjarat minn arti'jani w imprendituri m'imprendituri jew arti'jani f'pajjiżi oħra.
- Il-Kunsill jistabbilixxi sistema ta' ċertifikazzjoni li biha ti'i garantita l-'enwinita' ta' prodotti t'arti'janat Malti u jirregola u jissorvelja dik is-sistema. Ċertifikazzjoni maħru'a mill-Kunsill fuq prodotti arti'janali maħdumin 'enwinament Malta u ċertifikazzjoni maħru'a mill-Kunsill għall-ħwienet li jbiegħu prodotti arti'janali maħdumin Malta.
- Il-Kunsill flimkien ma' l-M.S.A. jikkonsulta biex jara li ssir sistema ta' ċertifikazzjoni bbażata fuq standards fil-proċess tal-manifattura.
- Flimkien ma' l-I.P.S.E. jara kif igħinek tasal biex kemm-il darba tressaq pjan ta' ħidma (business plan) sodisfaċenti int tgawdi minn inċentivi finanzjarji.
- Rati speċjali għal min irid jirre'istra trade mark.
Ir-re'istrazzjoni ma tiswa xejn fi flus għaliex hija b'xejn. Sakemm għandu x'jaqsam mal-Kunsill, ma jitħallas qatt xejn. Jekk f'xi attivitajiet ikun hemm xi spejjeż, il-Kunsill igħarrfek bihom minn qabel, iżda l-ħidma tal-Kunsill mhijiex organizzata biex tagħmel il-flus.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN