Left arrow Mur Lura

JITWAQQAF MILL-GDID IT-TRIBUNAL TAT-TALBIET IZ-ZGHAR

pr1027
Date Icon 05/07/2001

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-"backlog" tal-kawzi – kemm Civili kif ukoll Kriminali – regghu naqsu ghax inqatghu kawzi aktar milli dahlu. Dan ir-rizultat pozittiv rega’ nkiseb wara li s-sena l-ohra – ghall-ewwel darba mill-1992 – kien ukoll registrat tnaqqis fin-numru ta’ kawzi pendenti.

Dan habbru l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, meta kien qed jindirizza konferenza stampa dwar it-twaqqif mill-gdid tat-Tribunal tat-Talbiet iz-Zghar.

Il-Ministru qal li dan it-Tribunal twaqqaf mill-gdid wara li l-Parlament approva emendi fil-ligi xi xhur ilu, li biddel sew it-thaddim ta’ dan it-Tribunal. It-Tribunal issa ser jisma kawzi sa Lm1,500 (qabel Lm 250); waqt li l-Qrati tal-Magistrati ser jisimghu kawzi sa Lm5,000 (qabel Lm1,000). Din il-bidla hi parti mill-istrategija tal-Gvern biex inaqqas in-numru ta’ kawzi civili pendenti quddiem l-Imhallfin, fejn hemm l-akbar problema; u hi bbazata fuq is-success li nkiseb fis-snin li ghaddew, kemm mit-Tribunal kif ukoll mill-Qrati tal-Magistrati.

Sejrin ukoll jizdiedu n-numru ta’ aggudikaturi fit-Tribunal, peress li hu mistenni li n-numru ta’ kawzi quddiem it-Tribunal jizdiedu. Minn tlieta, in-numru ta’ aggudikaturi telghu ghal hamsa u fil-fatt fil-jiem li ghaddew gew appuntati Dr. Joseph Refalo, Dr.Audrey Demicoli, Dr. Joseph Bonnici, Dr. Anthony Ellul, Dr. Grezzju Mercieca u Dr. Philip Manduca, ghal perjodu ta’ hames snin li, skond l-emendi l-godda, ma jistax jiggedded.

Il-Ministru Gatt qal li r-riforma ta’ dan it-Tribunal, kif ukoll ir-riforma fil-kompetenza tal-Qrati tal-Magistrati, huma riformi bazici fl-istrategija tal-Gvern biex jattakka – kif jista hu – in-numru ta’ kawzi pendenti. L-effett tar-riformi ghadu jkun li jonqsu l-kawzi li jidhlu quddiem l-Imhallfin – fejn hemm l-aktar problema ta’ dewmin – u allura l-Imhallfin jkollhom aktar hin biex jiddedikaw lill-kawzi li ilhom li bdew. Biex din l-istrategija tirnexxi, jenhtieg li kemm il-Qorti tal-Magistrati kif ukoll it-Tribunal tat-Talbiet iz-Zghar jahdmu – kif hadmu s’issa – b’efficenza fil-kompetenza taghhom.

Meta ta harsa lejn in-numru ta’ kawzi ntrodotti u decizi fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-Ministru qal illi hu biss f’din il-legislatura li statistika qed tigi pubblikata b’mod regolari u hi l-intenzjoni tieghu li jibqa’ jippubblika l-istatistika kull sitt xhur u possibilment jestendiha biex tinkludi l-istatistika relattiva ghal kull gudikant.

Il-Ministru qal ukoll li ried jirringrazzja lill-gudikatura kollha ghall-impenn li jidher li hemm li l-"backlog" jitnaqqas; u l-fatt li l-gudikatura regghet f’dawn is-sitt xhur spiccat b’rizultati pozittivi tindika li l-gudikatura qed tifhem il-preokkupazzjoni pubblika dwar din il-problema.

Meta ghadda biex jezamina fid-dettal ir-rizultati miksuba, il-Ministru qal li waqt li b’mod generali ir-rizultati kien pozittivi, kien hemm xi tendenzi negattivi li kien jispera li l-gudikatura tikkoregi sa’ l-ahhar tas-sena, biex ir-rizultati ta’ din is-sena jkunu ahjar min tas-sena l-ohra. Ir-rizultati l-aktar importanti juru:

  • 5585 kawza kriminali maqtugha mill-Qrati tal-Magistrati, 367 aktar milli dahlu u konsegwentement tnaqqis ta’ 5% fil-kawzi pendenti;
  • 203 kawza kriminali decizi mill-Imhallfin, 62 aktar milli dahlu u tnaqqis ta’ 26% fil-kawzi pendenti;
  • 285 kawza civili decizi mill-Qorti t’Ghawdex, 149 aktar milli dahlu u tnaqqis ta’ 9% fil-kawzi pendenti – dan ir-rizultat hu partikolarment inkoragganti ghax johrog minn oqsma li jien stess kont ikkritikajt sitt xhur ilu u li jidher li issa ha bixra hafna ahjar;
  • 479 kawza kriminali decizi mill-Qorti ta’ Ghawdex, 58 aktar milli dahlu u tnaqqis ta’ 18% tal-kawzi pendenti;
  • relattivament ghall-kawzi civili fil-Qrati Maltin tnaqqis fil-kawzi pendenti ta’ 3% fil-Qorti ta’ l-Appell, Civili Superjuri, 5% fil-Qrati tal-Magistrati, 8% fil-Bord tal-Kera u fit-Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar.

Il-Ministru Gatt qal li ried partikolarment ifahhar l-impenn tal-Magistratura li kisbet rizultati eccellenti kemm fil-qasam civili kif ukoll kriminali, kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex. Il-Ministru Gatt qal li ghalkemm generalment pozittivi, kien hemm xi rizultati anqas pozittivi li jekk ma jigux korretti jistghu jwasslu ghal rizultati negattivi sal-ahhar tas-sena. Dawn kienu:

  • fil-Prim Awla tal-Qorti Civili – fejn hemm l-akbar problema ta’ dewmien – inqatghu 208 anqas kawzi milli dahlu, waqt li matul is-sena l-ohra kolla inqatghu 402 kawza aktar milli dahlu godda.
  • U issa car li z-zieda fit-tariffi ta’ Ottubru 2000, ftit li xejn kellha effett fuq in-numru ta’ kawzi prezentati; tant li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena dahlu 43% tal-kawzi prezentati matul l-2000 kollu. Li gara hu li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena fil-Prim’Awla nqatghu biss 32% tal-kawzi komparat mas-sena l-ohra kollha – persentagg evidentement baxx izda li jista’ jigi rkuprat. Irid jinghad ukoll illi peress li din hi l-ewwel darba li qed tigi pubblikata statistika ta’ sitt xhur, mhux qed inqabblu "like with like" u hu maghruf li fis-sajf jinkitbu hafna sentenzi.

  • It-tendenza negattiva rregistrata s-sena l-ohra fil-Bord dwar l-Arbitragg tal-Artijiet regghet giet konfermata f’dawn is-sitt xhur u giet registrata zieda fil-kawza pendenti.
  • Fit-Tribunal tat-Talbiet iz-Zghar, minkejja li kien hemm tnaqqis ta’ 8% fil-kawzi pendenti, seta sar hafna aktar u l-kawzi pendenti jitnaqqsu b’hafna aktar. Dan ghaliex in-numru ta’ kawzi godda f’dawn is-sitt xhur kien biss ta’ 431 (21% tal-2000 kollu) u meta s-sena l-ohra kolla dan it-Tribunal ddecieda 1,842 kawzi, wiehed kien jistenna li f’dawn is-sitt xhur kien jaqta’ hafna aktar mill-512 kawza li qata’.

Il-Ministru Gatt qal li hu cert li l-gudikatura sejra tinnota bis-serjetà dawn ir-rizultati u tiehu l-passi necessarji biex tizgura rizultati pozittivi fl-ahhar tas-sena u possibilment hafna ahjar min dawk miksuba fis-sena 2000.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow