KOMPETIZZJONI TA' KULJUM FIL-PADILJUN TA' MALTA
pr1015
03/07/2001
| Illum, id-Direttur ta’ l-Informazzjoni, is-Sur Emanuel Abela, | ipprezenta voucher ghal biljett ta’ l-Airmalta ghal Londra lis-Sur Robert Pirotta, mill-Mosta. Is-Sur Pirotta rebah l-ewwel minn sensiela ta’ kompetizzjonijiet li huma skedati li jsiru fil-hmistax-il jum li ddum miftuha l-Fiera Internazzjonali ta’ Malta. |
| Il-Kompetizzjoni qieghda tirrepeti ruhha kull | fil-ghaxija. Kuljum ikun hemm biljett x’jintrebah – minn jum ghal iehor tvarja biss id-destinazzjoni. Issa li ntrebah il-biljett ghal Londra fadal li jintrebhu biljetti ghal Amsterdam, Ateni, Barcelona, Berlin, Brussell, Ruma, Londra, Copenhagen, Dublin, Lisbona, Parigi, Stokkolma u Vienna. |
| Biex wiehed jiehu sehem fil-kompetizzjoni kull ma | jrid jaghmel hu li jirrispondi ghadd ta’ mistoqsijiet li jsib fi kwestjonarju li jinsab fil-Padiljun ta’ Malta. F’gheluq il-jum, imbaghad, fl-istess Padiljun, issir lotterija tal-kwestjonarji kollha mimlija. L-ewwel kwestjonarju li jitla’ bix-xorti, u li jkun fih mill-inqas erba’ twegibiet tajbin, jirbah passagg b’xejn ghal xi belt fl-Ewropa. |
L-isem tar-rebbieh jithabbar kuljum fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt. L-istess informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq Freephone 153, f’kull gurnata tax-xoghol bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN