Left arrow Go Back

INDIRIZZ TA' L-ONOR DR. LOUIS DEGUARA, MINISTRU TAS-SAĦĦA, FL-OKKAŻJONI TAL-VARAR TAR-RIFORMI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA "RI-ORJENTAZZJONI TAD-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA - AWTONOMIJA TA' L-ISPTARIJIET" – SPTAR IL-ĠDID TAL-QROQQ

pr1013
Date Icon 03/07/2001

Onorevoli Prim Ministru, Onorevoli Kollegi, Sinjuri

Meta jiftaħ dan l-isptar qegħdin nimmiraw li joffri l-iżjed faċilitajiet avvanzati għall-kura medika fil-Mediterran. Bħalissa hawnhekk għaddejja attivita` f'kull qasam. Kif tistgħu taraw il-bini di'a` hu avvanzat ħafna.

Dalwaqt jingħataw il-kuntratti għall-istallazzjoni elettrika u mekkanika. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bħalissa impenjata bis-sħiħ fil-fażi ta' preparazzjonijiet ta' tenders għall-kuntratt għax-xiri ta' madwar 25 miljun lira apparat mediku.

Il-bini ta' sptar jew l-introduzzjoni ta' teknolo'ija 'dida m'humiex għanijiet fihom infushom. Jeħtie' li jagħmlu parti integrali minn programm sħiħ ta' riforma li tolqot kull parti tas-servizz biex niżguraw li l-prioritajiet nazzjonali jitwettqu u li nieħdu l-valur massimu mill-investiment li nagħmlu. Ir-riformi fis-settur tas-saħħa jirnexxu biss jekk wieħed ikollu viżjoni globali tas-suq tas-saħħa.

Sa minn meta l-Gvern iddeċieda li jibni sptar 'did dan kollu kien ċar. Għalhekk iddeċidejna li nagħmlu riforma mill-qiegħ. Żammejna quddiem għajnejna li r-regoli tas-suq ma jaħdmux fil-qasam tas-saħħa. Soluzzjonijiet li huma effettivi f'oqsma oħra ma jagħtux ir-riżultati mixtieqa fejn tidħol is-saħħa.

Bnejna fuq it-twemmin soċjali tagħna. Fil-qasam tas-saħħa nemmnu li l-Gvern, bħala l-għassies tal-'id komuni, għandu d-dmir li jiżgura li l-prinċipji tas-solidarjeta` u ta' l-ekwita` ji'u rispettati u applikati. Minn dan joħro' li l-Gvern għandu d-dmir li jipprovdi servizzi tas-saħħa ta' l-ogħla kwalita` possibbli u li dawn ikunu aċċessibbli għal kulħadd immaterjali mill-istat soċjo-ekonomiku tagħhom, iżda b'attenzjoni speċjali għal dawk l-individwi jew gruppi l-iżjed żvanta''jati.

Inkunu qegħdin nidħqu bina nfusna jekk nibqgħu naħsbu li min jipprovdi servizz jista' jirregola lilu nnifsu. Minn hawn nibtet il-ħtie'a li d-Diviżjoni tas-Saħħa ssir regolatur sew tas-settur pubbliku kemm dak privat. Dan ir-rwol jinkludi it-tfassil ta' policies, pjanar strate'iku, iffissar ta' standards, monitjar u evalwazzjoni.

Illum id-Diviżjoni di'a` teżerċita wħud minn dawn il-funzjonijiet fis-settur privat. Konvinti li jekk ma tibqax ukoll operatur tispeċjalizza f'dan ir-rwol u għalhekk taqdih b'mod iktar effettiv u 'ust.

Għar-ra'unijiet li għadni kif semmejt mill-ewwel skartajna kull idea ta' privatizzazzjoni ta' l-isptarijiet. Dan ma jfissirx li m'hawnx wisgħa għal servizzi privati. Fil-fatt il-liċenzji li tajna għal sptarijiet u kliniċi privati huma xhieda li nemmnu bil-fatti li nirrikonoxxu li hemm post għas-settur privat.

Hekk twieldet l-idea ta' l-awtonomija u magħha żviluppa l-kunċett ta' l-Isptar Malti, numru ta' sptarijiet, kull wieħed bil-missjoni partikulari tiegħu, kollha jimmiraw għal servizz ta' eċċellenza, bejniethom ikopru s-servizzi kollha u ko-ordinati f'qafas wieħed. Dan il-kunċett bl-ebda mod ma jeskludi l-isptarijiet privati.

Dawn kienu ideat radikali, kbar, kumplessi u 'odda għal Malta. Għalkemm dawn il-bidliet kienu ''? qed iseħħu fl-Ewropa kien jeħtie' li nkunu kawti. L-ewwel nett għax qegħdin noperaw f'settur daqshekk delikat. It-tieni kien jeħtie' bidla kulturali, għaxar snin ilu wisq iżjed mil-lum, billi konna għadna ħer'in minn era fejn kollox kien ċentralizzat.

Kien jeżisti periklu li l-għa''la tifga r-riforma qabel titwieled. Fuq kollox ix-xogħol kien estensiv. Kien jeħtie' investiment kbir fl-informatika. Sa issa nfaqna erbgħa punt disgħa (4.9) miljun lira f'dan l-investiment. Kien meħtie' taħri' lil numru kbir ta' impjegati fl-informatika, taħri' ta' impjegati li qatt ma kienu messew komputer. Ma rridux ninsew li fejn tidħol l-informatika kellna 'enerazzjoni sħiħa moħlija. '?arri'na elf, tmien mija u tnejn u sebgħin (1872) impjegat fl-informatika. F'sistemi ta' management ħarri'na sa issa 517 impjegat f'livelli differenti, 132 minnhom b'kollaborazzjoni ma' l-Universita` ta' Bocconi.

Fl-istess ħin kien meħtie' li nkomplu nintroduċu servizzi 'odda kif ukoll teknolo'ija 'dida għall-'id tal-pazjenti fi sptar li ftit jiflaħ għal titjib konsiderevoli, investiment li fisser mijiet ta' ħajjiet salvati u kwalita` aħjar ta' ħajja għal eluf oħra.

Madankollu d-Diviżjoni tas-Saħħa daħlet biex twettaq din il-viżjoni tal-Gvern b'entużjażmu. Din il-viżjoni kienet approvata fil-Politka Nazzjonali tas-Saħħa - Health Vision 2000 - dokument li 'ie pubblikat fl-1995 wara konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni. Id-Diviżjoni fasslet pjan komprensiv tar-riforma, u bdiet twettqu biċċa biċċa.

Bħal ma għedt, l-għaqal kien jitlob kawtela. Kien hemm bżonn ta' mudell, sptar li jaħdem b'management awtonomu. Kien b'dan il-ħsieb li l-Gvern waqqaf l-Isptar Zammit Clapp. Kien esperiment li rnexxa. Għaxar snin ta' esperjenza wrew il-validita` tal-pjani tal-Gvern u kkonvinċa anke lill-iżjed xettiċi. Għal dak li hu sodisfazzjon tal-klijent, ħafna iżjed milli ħsibna. Għal dak li hu management, ħadna lezzjonijiet importanti.

Bir-ra'un ħadna ħafna żmien biex inqiegħdu pedamenti sodi għar-riforma. Iddeċidejna li nibdew mill-isptarijiet iż-żgħar….... Boffa u Monte Carmeli. Daħħalna r-riformi bil-mod il-mod, dejjem nibnu fuq is-suċċessi tar-riformi preċedenti. Ir-riformi huma dejjem immirati

  • li nżommu l-interessi tal-pazjent l-ewwel
  • li kulħadd jagħti rendikont tar-riżorsi afdati f'idejh
  • li nieħdu l-valur massimu mill-flus investiti.

Fil-fatt iż-żew' sptarijiet nistgħu ngħidu li huma semiawtonomi u maturi għall-qabża l-kbira. Ir-riformi f'dawn iż-żew' sptarijiet di'a` qegħdin jagħtu l-frott, minkejja oppożizzjoni kultant ħarxa mill-impjegati u l-unions, kultant għax mhux dejjem irnexxielna nikkonvinċuhom minn dak li konna qegħdin nippruvaw nilħqu, ħafna drabi għax il-ħaddiema sabuha bi tqila biex jibdlu l-mod kif kien ilhom jaħdmu s-snin u xi drabi għax fehmu tajjeb li l-kontrolli kienu se jaqtgħu l-abbużi.

Madankollu rnexxielna nrażżnu l-ispejjeż billi daħħalna sistemi ta' management iżjed effiċjenti. '?addiema żejda f'ċerti setturi ntbagħtu jagħmlu xogħol produttiv f'oqsma oħra. F'Monte Carmeli d-devoluzzjoni tar-responsabbilta` niżlet sal-livell tas-swali. Kull Nursing Officer għandu jew għandha kontroll fuq il-budget tas-sala tagħhom. L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-flus qegħdin ji'u minfuqa iktar bil-għaqal u l-moral ta' dawn l-uffiċċjali tela' għax għandhom sehem fid-deċiżjonijiet.

Issa wasalna f'punt kruċjali. Tul dawn l-aħħar għaxar snin il-Ministeru tas-Saħħa kien għaddej minn rivoluzzjoni siekta. Xogħol dettaljat ta' pjanar, ta' taħri' estensiv u intensiv, ta' xprunar u inkora''iment biex ħri'na minn kull ħaddiem involut ħiliet li baqgħu moħbija. Meta wieħed iħares lura jibqa' mistagħ'eb x'irnexxielna nwettqu. U dan kollu bir-riżorsi umani li kellna. Mingħajr dan ix-xogħol sfiq, u s-suċċess li 'ab ma kienx ikun possibbli li naslu għall-qofol tar-riforma li qegħdin nħabbru llum.

Ner'a' nemfasizza l-o''ettivi li rridu niksbu

  • Il-pazjent jitpo''a l-ewwel
  • Li nieħdu l-massimu mill-investiment li sar.
L-awtonomija u d-devoluzzjoni huma l-istrument biexnilħqu dawn il-miri. Deċiżjonijiet kliniċi u mani'erjali jibdew jittieħdu qrib kemm jista' jkun tal-pazjent minn nies li jifhmu sew il-proċess u fl-aħjar pożizzjoni biex jifhmu l-pazjent.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa mhux se tibqa'direttament responsabbli għas-servizz. Xogħolha…li tkun ir-regolatur tas-servizz, f'dan il-każ l-isptarijiet biex tiżgura li mhux biss inżommu l-istandards għolja li ngawdu iżda li dejjem ntejbuhom skond l-opportunitajiet li l-avvanz kontinwu mediku u teknolo'iku jiftħilna.
Il-Ministeru tas-Saħħa se jibqa' responsabbligħall-policies u prioritajiet kif ukoll li jipprovdi l-fondi skond il-kuntratti ffirmati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Din il-fondazzjoni trid tagħti rendikont lill-ministeru sew mill-aspett finanzjarju kemm dak kliniku. Għalkemm l-isptarijiet pubbliċi se jkunu awtonomi, kull sptar irid isegwi l-policies tal-Gvern.
Illum kulħadd jassoċja l-Fondazzjoni għas-Servizzimediċi mal-bini ta' l-isptar f'Tal Qroqq. Iżda fl-1990 il-Gvern kien waqqaf din il-fondazzjoni bl-iskop, fost l-oħrajn, li tipprovdi servizzi tas-saħħa minn sptarijiet u faċilitajiet oħra. Għalhekk kien naturali li l-Gvern jafda t-tmexxija ta' l-isptarijiet f'idejn il-fondazzjoni. Naturalment l-FMS se jingħatawlha l-mezzi biex tkun tista' tqawwi r-riżorsi tagħha biex taqdi aħjar dan ir-rwol 'did. Minn issa se ninvolvu l-Fondazzjoni u nagħtuha s-setgħa biex tgħin twettaq it-transizzjoni li għandha tkun kompluta sa l-2003.

Ix-xogħol li sar s'issa kien indispensabbli. Jonqos li nagħtu qafas legali lil dawn ir-riformi. Mistenni li l-le'islazzjoni kollha tkun lesta s-sena d-dieħla.

Kif fis-snin l-imgħoddija stinkajna biex indaħħludawn il-bidliet fi sħubija mal-Unions, hekk ukoll beħsiebna nagħmlu issa li se jsiru l-bidliet il-kbar. In-negozjati se jibdew minnufih mal-Unions kollha konċernati. Jien fiduċjuż li filwaqt li l-Unions se jiddefendu l-interessi le'ittimi tal-membri tagħhom, se jilqgħu l-isfida b'responsabbilta` u ma jbaxxux lilhom infushom billi jirrendu ruħhom difensuri tal-konservattiżmu, ta' l-egoiżmu u tal-medjokrita`. Lanqas ma naħseb li se jaraw sal-ponta ta' mneħirhom u jippretendu kollox mil-lum għal għada. Anzi jiena ]gur li bħala rappreżentanti ta' l-impjegati fil-qasam tas-saħħa se jfittxu wkoll l-interessi tal-pazjent biex bil-fatti nuru li verament il-pazjent ji'i l-ewwel.
Inħossni li nonqos bil-kbir jekk meta wasalna f'danil-punt kruċjali tar-riforma fil-qasam tas-saħħa ma nirringrazzjax lill-uffiċjali tad-Diviżjoni - is-Segratarju Permanenti, id-Direttur Ġenerali, id-Diretturi b'mod speċjali dawk li huma intimament marbuta mat-tfassil, id-direzzjoni u t-twettiq tar-riforma, il-membri passati u preżenti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, u tant impjegati li mhux biss qegħdin jaċċettaw dawn ir-riformi iżda ħaddnuhom u għamluhom tagħhom. Jien żgur li s-suċċess li ksibna sal-lum se jservi bħala mitfgħa biex nistinkaw iżjed ħalli naraw dawn ir-riformi ji'u mwettqa.
Ir-ringrazzjament tiegħi jmur ukollgħall-predeċessuri tiegħi li ppresidjaw fil-formulazzjoni u l-bidu tar-riforma, il-Ministru Louis Galea, Dr. George Hyzler, il-Prof. John Rizzo Naudi. Nirringrazzja wkoll lill-Onor Michael Farrugia li kompla jwettaq ir-riformi mfassla. Fuq kollox nirringrazzja lilek Prim Ministru għall-priorita` li tagħti lill-oqsma soċjali u partikolarment lill-qasam tas-saħħa u speċjalment għall-impenn u s-sostenn tiegħek fit-twettiq tar-riformi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow