Left arrow Mur Lura

AWTONOMIJA TA' L-ISPTARIJIET

pr1012
Date Icon 03/07/2001
Meta jiftaħ l-isptar il-'did f'Tal-Qroqq, Malta qiegħdha timmira litoffri l-iżjed faċilitajiet avvanzati għall-kura medika fil-Mediterran. Dan qalu llum il-Ministru tas-Saħħa, Dr Louis Deguara meta tħabbru riformi radikali fil-qasam tas-saħħa.
Dawn ir-riformi għandhom l-għan li l-isptarijietkollha jkollhom tmexxija awtonoma u d-Diviżjoni ssir regolatur fejn jidħlu l-isptarijiet. Il-Ministru żied jgħid li l-bini ta' sptar mhux biżżejjed jekk ma jsirux riformi fit-tmexxija ta' l-isptarijiet. Dan, il-Gvern għarfu sa minn meta ddeċieda li jibni sptar 'did għaxar snin ilu. Ir-riformi li jwasslu għall-awtonomija ilhom għaddejjin minn dakinhar.
Il-Ministru saħaq li r-riformi fis-setturtas-saħħa jirnexxu biss jekk wieħed ikollu viżjoni globali tas-saħħa. Dawn ir-riformi 'ew imfassla fuq it-twemmin soċjali tal-Gvern li fejn tidħol is-saħħa għandu d-dmir jara li l-prinċipji ta' solidarjeta` u ta' l-ekwita` ji'u rispettati. Dan ifisser li l-Gvern għandu jipprovdi l-aqwa servizzi tas-saħħa possibbli u li jkunu aċċessibbli għal kulħadd speċjalment għal dawk l-aktar fil-bżonn.
Matul dawn l-aħħar għaxar snin il-Gvern beda billiwaqqaf mudell ta' tmexxija awtonoma fl-Isptar Zammit Clapp. Waqqaf il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) u beda riformi fit-tmexxija ta' l-isptarijiet Boffa u Monte Carmeli u bħalissa qiegħed jagħmel riformi f'San Luqa.
Il-Ministru qal li sa issa sar investiment ta' Lm5miljuni f'apparat u f'sistemi ta' l-informatika. Ġew imħarr'a 1872 impjegat fl-informatika u 517 f'sistemi ta' management. Fl-istess ħin sar investiment qawwi f'teknolo'ija u f'servizzi 'odda li salvaw mijiet ta' ħajjiet.
Inkunu qegħdin nidħqu bina nfusna jekk nibqgħunaħsbu li min jipprovdi servizz jista' jirregola lilu nnifsu, saħaq il-Ministru. Meta r-riformi mħabbra jitwettqu, il-Ministeru se jkun responsabbli mill-policies, id-Diviżjoni tas-Saħħa ssir regolatur u l-isptarijiet kollha taħt id-direzzjoni ta' l-FMS jipprovdu d-diagnosi u l-kura. Il-ħlas jibqa' jsir mill-Gvern.

Ir-riformi għandhom il-għan li :

  • inżommu l-interessi tal-pazjent l-ewwel
  • kulħadd jagħti rendikont tar-riżorsi afdati f'idejh
  • nieħdu l-valur massimu mill-flus investiti.

Il-Ministru ikkonkluda billi ħabbar li twaqqaf team ta' negozjaturi biex jiddiskuti mal-Unions konċernati dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fid-dawl ta' dawn ir-riformi. Il-Ministru wera ruħu fiduċjuż li kulħadd se jilqa' l-isfida b'impenn, biex ir-riformi jirnexxu u hekk bil-fatti nuru li l-pazjent ji'i l-ewwel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow