Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TA' L-AWTONOMIJA FL-ISPTARIJIET - SPTAR Il-ĠDID TAL-QROQQ

pr1009
Date Icon 03/07/2001
Iltqajna hawnhekk biex inħabbru pass deċiżiv fit-twettiq ta'riforma radikali li l-Gvern għadu kemm approva fil-Ministeru tas-Saħħa. Din hi riforma li se tbiddel mill-qiegħ ir-rwol tad-Diviżjoni tas-Saħħa, u l-mod kif jitmexxew l-isptarijiet. Fi ftit kliem, f'dan il-qasam id-Diviżjoni se tiffoka fuq ir-rwol tagħha regolatorju u tnaqqas kemm jista' jkun ir-rwol operazzjonali. 'Il quddiem, lanqas tibqa' direttament responsabbli għat-tmexxija ta' aspetti oħra tas-saħħa, bħalma hi l-Kura Primarja. Min-naħa l-oħra, se jibda jitwettaq il-proċess biex l-isptarijiet kollha jsiru awtonomi.
Hu xieraq li qegħdin inniedu din il-bidla radikali f'danl-isptar il-'did li qiegħed jinbena għall-poplu Malti. Huwa veru li r-riforma ħa tħaddan l-isptarijiet kollha, iżda l-isptar il-'did se jibda l-operat tiegħu bi tmexxija awtonoma. Il-ftuħ tiegħu fl-elfejn u tlieta qiegħed iservi bħala xprun biex inħaffu r-ritmu, u niffissaw iż-żmien meta r-riforma trid tkun lesta u taħdem.
Din mhix riforma li nħmiet fl-arja. Anzi, hi għalkollox integrata u ppjanata fil-qafas tar-riforma usa' tas-Servizz Pubbliku li ilna li nidejna sa mill-ewwel amministrazzjoni tiegħi fl-elf disa' mija u sebgħa u tmenin. Għalhekk ta' min jagħti daqqa t'għajn lejn din ir-riforma u naraw mnejn tlaqna, x'għamilna u fejn wasalna.
Kif tafu, bikri fl-ewwel amministrazzjoni tiegħikonna waqqafna l-Kummissjoni għar-Riforma tas-Servizz Pubbliku, li tatna analiżi tan-nuqqasijiet fis-Servizz u rrakkomandat ir-rimedji meħtie'a. Bħalma kien jaf kulħadd, is-sitwazzjoni kienet imwiegħra. L-Interpretation Act ta' l-1975 kienet ikkonċentrat il-poter f'idejn il-Ministri, u l-kapijiet tad-dipartimenti 'ew skora''ati milli jieħdu kull tip ta' inizjattiva. Ir-rimedji la kienu faċli u la setgħu jsiru f'tebqa t'għajn - ma stajniex nistennew riżultati spettakolari mil-lum għal għada.
Minn kmieni kont konxju li quddiemna kellna biċċaxogħol formidabbli. Għalkemm il-proċess kien beda, ma kelli l-ebda illużjoni. Il-proċess kien se jieħu ż-żmien.
Ma setax ikun mod ieħor, għax il-proċess kienjinvolvi bidla kulturali li, la titwettaq bi twaqqif ta' strutturi u bl-investiment biss, u wisq inqas b'xi editt. Kieku għa''ilna l-pass, konna nsibu reżistenza tali li konna npo''u r-riforma li ridna nagħmlu fil-periklu li ma ssir qatt. Mill-ewwel waqqafna l-istrutturi vitali għat-tmexxija effettiva tal-proċess ta' bidla. Investejna miljuni ta' liri fl-infrastruttura fiżika u fit-telekomunikazzjoni, li mingħajrha ma setax ikun hemm progress fir-riforma. Daħħalna xibka tat-teknolo'ija ta' l-informatika mill-iżjed moderna. Il-bidla għadha sejra u nistennew qabża ta' kwalit'? oħra bl-introduzzjoni tal-gvern elettroniku, l-eGovernment.
Aħna konxji kemm baqalna xi nwettqu, iżda metanħarsu lura, nħossuna kburin minn dak li rnexxielna nwettqu s'issa u mimlija kura'' għall-'ejjieni. Iżda, konxji wkoll li m'hemmx tmiem għal dan il-proċess ta' riforma. Fl-ekonomija globalizzata tal-lum, fejn it-teknolo'ija 'dida titwieled kull minuta, min jieqaf, jaqa' lura. Għalhekk, filwaqt li nkunu għaqlin jekk nieħdu miżuri biex il-globalizzazzjoni nagħmluha strument u mhux is-sid, u ma nħalluhiex tiddegrada l-umanit'? fil-bniedem, inkunu boloh jekk ma narawx il-vanta''i li tagħtina.
Il-Kummissjoni kienet enfasizzat li nuqqas kbirfis-Servizz Pubbliku kien li r-rwoli tal-ministri u tal-kapijiet tas-Servizz Pubbliku kienu 'ew imċajpra tul is-snin. Bl-emendi li l-Gvern tiegħi għamel fl-Interpretation Act ta' l-1975, er'ajna tajna s-setgħa lill-uffiċjali pubbliċi biex jieħdu deċiżjonijiet ma''uri, u li jinżammu responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet. Dan kien pass importanti 'l quddiem. Iżda żgur li mhux biżżejjed. Il-proċess ma setax jieqaf hemm. Ma jistax ikun hemm il-progress mixtieq jekk is-Segretarji Permanenti, id-Diretturi Ġenerali u d-Diretturi biss jerfgħu r-responsabbilt'? tad-deċiżjonijiet. Il-proċess kellu jiffiltra 'l isfel.
Hawn fejn jidħol il-prinċipju tas-sussidjarjet'? liaħna għamilna daqshekk popolari tant li llum 'ie aċċettat minn kulħadd. Id-deċiżjonijiet l-aħjar li jeħodhom dak li jkun se jimplementahom, jew l-eqreb possibbli lejn min se jolqtu. Għalhekk il-ħtie'a tad-deċentralizzazzjoni – kunċett li 'ie implementat fis-sħiħ bit-twaqqif tal-Gvern Lokali. Illum dan m'għadux esperiment iżda esperjenza li, għalkemm għadha trid tiżviluppa u tirfina, immaturat biżżejjed biex turi kemm is-sussidjarjet'? mħaddma bil-għaqal tnissel effiċjenza.
Ir-riformi li qegħdin inħabbru llum huma kollhamsejsa fil-qafas u fuq l-għanijiet tar-riforma tas-Settur Pubbliku. Meta l-proċess ikun komplut, is-sistema tas-Saħħa Pubblika se jkollha tliet livelli distinti ta' responsabbilt'?.
Il-Ministeru tas-Saħħa se jkun responsabbli mill-policiesnazzjonali, sew fejn tidħol is-saħħa pubblika kemm dik privata. Il-Ministeru jkollu wkoll id-dmir li jfassal il-kuntratti biex jikkummissjona s-servizzi mingħand il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Il-Ministru jkollu d-dritt li jagħti direttivi li joħor'u mill-policies tal-Gvern. L-isptarijiet iridu jsegwu dawn id-direttivi.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa se tiżviluppa iżjedir-rwol ta'regolatur, filwaqt li tnaqqas r-rwol tagħha preżenti li tmexxi l-isptarijiet direttament. Filwaqt li tagħti l-pariri lill-Ministeru dwar il-formulazzjoni tal-kuntratti, trid tkun hi li żżomm l-isptarijiet taħt osservazzjoni kontinwa biex tara li jilħqu l-istandards miftiehma fil-kuntratti.
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi 'iet mogħtijar-responsabbilt'? tat-tmexxija ta' l-isptarijiet kollha. Filwaqt li tipprovdi d-direzzjoni strate'ika lill-isptarijiet pubbliċi, u tagħti l-appo'' meħtie', trid tara li l-impenji li tkun daħlet għalihom fil-kuntratti ji'u mwettqin mill-isptarijiet. Dan tagħmlu billi tidħol fi ftehim mal-Bord Eżekuttiv ta' kull sptar individwali. Hekk niżguraw li ntejbu fuq l-esperjenzi li ħadna mir-riżultati pożittivi li ksibna tul dawn l-aħħar għaxar snin fl-Isptar Zammit Clapp.

B'dan il-pass, konvinti se ntejbu l-livelli ''? għoljin tas-servizzi tas-saħħa Maltin. Fuq kollox, qegħdin nimmiraw għal iżjed effiċjenza, u sodisfazzjon għall-aspettativi le'ittimi tal-klijenti ta' l-isptarijiet. Imnebbħin mill-konvinzjoni li l-pazjent għandu ji'i l-ewwel, daqstant ieħor konvinti li l-awtonomija se tkun esperjenza pożittiva wkoll għall-impjegati fl-isptarijiet, għax ħafna deċiżjonijiet se jeħduhom huma stess. It-taħri' meħtie' li ilu li beda se jkompli, biex kull min se jkun f'pożizzjoni li jieħu deċiżjonijiet ikollu l-ħila meħtie'a.

Ma wasalniex f'dan l-istadju hekk f'daqqa. Din hideċiżjoni li ħadna sa minn meta ddeċidejna li nibnu sptar 'did. Dan li qegħdin inniedu llum hu l-qalba ta' pjan komprensiv imfassal mid-Diviżjoni tas-Saħħa u li 'ie aċċettat fil-pjan nazzjonali ‘Health Vision 2000'. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ilha taħdem fil-pedamenti ta' dan il-pjan u wettqet riformi varji. Issa nħossu li ż-żmien hu matur biex nieħdu dan il-pass kruċjali.
Ippermettuli nikkwota silta mill-wegħdiet ligħamilna lill-elettorat qabel l-elezzjoni ta' l-elf disa' mija u tmienja u disgħin:

"It-tielet sular huwa magħmul mill-isptarijiet. Il-ħsieb hawnhekk huwa li jitwettaq pjan bil-għaqal biex kull sptar isir awtonomu."

Sa l-elf disa' mija u sitta u disgħin konna mxejnabiżżejjed biex inħossu li konna kapaċi nwettqu din ir-tiforma tul din il-le'islatura. Konna komfortati wkoll mill-fatt li l-amministrazzjoni Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 stqarret kemm-il darba li kienet taqbel ma' l-awtonomija ta' l-isptarijiet, u fil-fatt kompliet bix-xogħol preparatorju fl-Isptar Sir Paul Boffa li konna bdejna fl-1995. Konna konxji li l-pjanijiet u x-xogħol bażiku kien ilu sejjer is-snin, u ż-żmien mhux biss kien matur, iżda wasalna f'punt li jekk ma nagħmlux qabża fil-proċess kien se jintilef ir-ritmu tar-riforma. Dan ''? kont għedtu fuq sena ilu meta ftaħna mill-'did iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla u kont żidt:
"Sar ur'enti li mhux biss niddeċentralizzaw unagħtu l-awtonomija lill-isptarijiet iżda fl-istess ħin nifirdu r-rwol regolatorju tad-Diviżjoni tas-Saħħa minn dak operazzjonali."
Għalhekk hu ta' sodisfazzjon għalija li d-Diviżjonitas-Saħħa ħadmet b'mod intensiv biex laħħmet u rfinat il-pjanijiet u lestiet l-istrate'ija biex din ir-riforma radikali titwettaq.
Dan il-pass lanqas mhu se jitwettaq għada. Huproċess li għandu jitwettaq gradwalment u bl-għaqal dovut fis-sentejn li 'ejjin, biex ikun komplut meta niftħu l-isptar f'Tal-Qroqq. Għad irridu nemendaw il-le'islazzjoni kollha dwar is-saħħa li għamlet żmienha u ma għadhiex taqdi l-ħti'ijiet tal-lum. L-awtonomija teħtie' li jkollha s-saħħa tal-li'i warajha.
Għad irridu wkoll nibdew negozjati intensivi mal-Unionsdwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati li se jaħdmu fl-isptarijiet li jlaħħqu ma' l-erbat elef. Jien ''? ltqajt mal-Unions konċernati u għarrafthom bil-pjanijiet tagħna. Waqqafna wkoll tim interministerjali ta' negozjaturi mmexxi mid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa, Dr Ray Busuttil. Xi wħud mir-rappreżentanti tal-Unions ilhom li wrew ix-xewqa li l-membri tagħhom fis-settur tas-saħħa jkunu jaħdmu fi strutturi barra miċ-Ċivil. Konna wegħedna fil-programm elettorali li nħarsu b'simpatija lejn din ix-xewqa u konna lesti li nikkonsidrawha. Qegħdin inżommu l-wegħda tagħna.
Aħna nistennew li l-Unions jiddefendu l-interessital-membri tagħhom. Anzi dan hu dmirhom. Hu fatt magħruf u rikonoxxut minn kulħadd li kull meta għaddejna xi ħaddiema minn xi dipartiment tal-gvern għal organizzazzjoni parastatali, l-ebda ħaddiem ma sofra tnaqqis fil-kundizzjonijiet tiegħu. Għalhekk nistennew li kull min hu involut, speċjalment il-Unions, jagħtu sehemhom biex din ir-riforma tirnexxi b'risq il-pazjent li għal kull min jaħdem f'dan is-settur għandu ji'i l-ewwel.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow