Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAÚJONI TA’ L-ERBGÓA U ERBGÓIN EDIZZJONI TAL-FIERA INTERNAZZJONALI TA’ MALTA

PR1002
Date Icon 30/06/2001

Din is-sena, fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa annwali tal-kummerċ li hi l-Fiera, hemm xi ħa'a speċjali, 'dida. Id-dilettanti tal-festi fil-parroċċi tagħna kollha jħobbu jżanżnu xi ħa'a 'dida għall-festa kull sena. Hawnhekk, fil-Fiera tan-Naxxar ukoll. Mhijiex ħa'a li tidher, imma ħa'a li se tinħass bil-qawwa fil-ħajja tagħna ta' kuljum aktar u aktar 'il quddiem. Hija l-proċess ta' l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u l-inklużjoni ta' Malta fix-xirka wiesgħa ta' Kummerċ li b'hekk nakkwistaw.

M'hemmx għalfejn hawnhekk f'dan l-ispazju kkonsagrat għal fieri noqgħod infaħħar il-Kummerċ '?ieles. Intom ilkoll, min mod u min ieħor, tafu u tapprezzaw il-vanta''i tiegħu. Kull meta daħħalna jew żidna l-libert'? fil-kummerċ, dejjem irriżultaw tkattir ta' l-iżvilupp ekonomiku u żieda fl-impjiegi.

Għandna għalhekk għalfejn nifirħu li fin-negozjati li bħalissa għaddejjin ilħaqna l-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-Kummerċ '?ieles sewwasew b'dawk il-kundizzjonijiet li wara d-diskussjonijiet ma' kull min hu konċernat, qisnihom tajbin. Wara dak li rnexxielna nakkwistaw aħna mill-Unjoni Ewropea dwar il-kummerċ ħieles, ma baqa' ebda sens li tibqa' titkellem dwar żona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Ewropa bħala ħa'a mixtieqa. Illum di''? qegħda fil-qoffa.

M'għandniex xi ngħidu, għadna dejjem nistgħu nitilfuha. Għandna l-jedd li niżboxxlaw u nwarrbu s-sens tad-direzzjoni tajba li r'ajna qbadna sentejn ilu. Sejrin ner'għu niżvujtaw il-qoffa mill-'id li akkwistajna? Se nagħżlu li nintefgħu qalb il-mew' u l-qilla tal-kompetizzjoni dinjija, mingħajr ebda ħajt ta' lqugħ?

Il-ftehim li lħaqna ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-kummerċ ħieles mhuwiex biss ta' vanta'' għan-negozjant li jrid ikabbar in-negozju, iżda daqstant ieħor fih vanta''i għal konsumatur. Il-ftehim li lħaqna issa ma' l-Unjoni Ewropea jiżgura li x-xerrej ikollu x-xorti li jista' jagħżel minn fost l-aħjar u l-orħos o''etti u servizzi li kapaċi tagħti l-Ewropa.

Meta aħna naċċettaw dak li trid minna l-Unjoni Ewropea, dana nagħmluh għax, kollox ma' kollox, jirriżulta li jaqblilna. Forsi kieku ma kellniex it-tingiża ta' l-Ewropa, ċerti ħwejje' siewja imma li jeħtie'u sforz u dixxiplina konna nibqgħu ma nagħmluhomx. Imma m'aħna nagħmlu xejn ħlief għax konvinti li jaqblilna.

Eżempju tajjeb ta' dan hu dak li 'ara fil-qasam tal-mobile telephones. Applikajna minn kmieni l-prinċipju Ewropew u neħħejna l-monopolju. Il-prezzijiet roħsu. Il-kwalit'? tjiebet. Illum f'Malta hawn xejn inqas minn mitt elf klijent li kisbu l-użu ta' mobile telephone. Dan hu ċertament ta' vanta'' għal min jinnegozja fihom, iżda huwa wkoll żieda fil-possibilt'? ta' komunikazzjoni għall-poplu Malti u titjib fil-kwalit'? tal-ħajja. Huwa ħjiel ta' fiex jissarraf anki l-bidu biss tal-mixja tagħna lejn is-sħubija sħiħa fl-Ewropa u l-prospetti għall-'ejjieni tagħna u iktar ta' wliedna li tiftħilna l-wasla fil-għan.

It-titjib tal-kwalit'? tal-ħajja huwa l-aqwa valur li hemm fil-ftehim li rnexxielna nilħqu dwar il-kummerċ ħieles ma' l-Ewropa.

Mhux biss ilħaqnieh il-ftehim daqshekk kmieni fin-negozjati tagħna ma' l-Unjoni Ewropea, imma fl-istess waqt li ksibna l-kummerċ ħieles, aħna bħala Maltin żammejna l-jedd li nagħmlu kontrolli u nrażżnu d-dħul ta' o''etti f'pajjiżna, jekk kemm-il darba nqisu li dan jista' j'ib dannu f'xi wieħed minn diversi oqsma. Dawn huma:

- is-saħħa;

- is-sigurt'? pubblika;

- il-protezzjoni tal-konsumatur

- il-protezzjoni ta' l-ambjent;

- il-moralit'? pubblika.

Hekk il-ftehim li lħaqna ma' l-Unjoni Ewropea fih il-ħitan tal-kenn li neħtie'u kontra l-perikli li hemm marbutin mal-vanta''i tal-kummerċ ħieles. L-ewwel semmejna fuq fuq kemm jaqblilna li, fil-kwadru mondjali, inkunu parti mill-Ewropa, għax hekk ikollna blokk qawwi jirrappreżenta l-interessi tagħna fid-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar il-kummerċ.

Hawn min jibża', fosthom xi impriżi żgħar, li l-kummerċ ħieles se jissarraf f'periklu ieħor għalihom. '?afna jaħsbu li l-kummerċ ħieles jista' joqtolna. Il-verit'? hija l-kuntrarju. Mill-'did l-esperjenza tgħallimna. Jekk f'Malta disa' minn kull għaxar ditti huma żgħar, disgħa u disgħin fil-mija tad-ditti Ewropej jistgħu wkoll ji'u kklassifikati bħala żgħar. Huwa ċarissimu li l-kummerċ ħieles kif iseħħ fl-Ewropa ma qatilx u lanqas we''a' lid-ditti ż-żgħar. Anzi dawn komplew joktru. Il-biża' li l-Unjoni Ewropea hija bħal min'el tal-mewt għall-impriżi żgħar hija l-biża' tal-fantażmi u l-iħirsa. Ma nħallux lil min irid jidħaq bina.

M'hemmx għalfejn ngħidu li hemm xi industrji lokali li jeħti'ilhom ikunu ppreparati aktar minn oħrajn sabiex jilqgħu għal din il-kompetizzjoni. Dawn jeħti'ilhom jirristrutturaw, jispeċjalizzaw u j'eddu t-teknolo'ija. Naf li ħafna di''? bdew jimxu f'din id-direzzjoni. '?add m'għandu jżomm lura.

Dan kollu li konna qed ngħidu jgħodd għall-kummerċ fi prodotti tal-biedja li dwarhom qed isiru taħditiet għalihom u jsiru arran'amenti speċjali.

L-Unjoni Ewropea di''? bdiet tlaqqa' l-pajjiżi kandidati għas-sħubija flimkien mal-pajjiżi li huma membri. Il-ħsieb hu li minn issa niżviluppaw flimkien politika komuni. Hekk, permezz ta' sehem koordinat fid-diskussjoni mondjali dwar il-kummerċ, irridu niżguraw li jkun hemm dejjem aktar trasparenza u dejjem inqas sorpriżi fil-qasam tal-kummerċ.

L-Ewropa mhijiex kollox għall-kummerċ f'Malta, iżda hija ħafna. Il-biċċa l-kbira tal-kummerċ tagħna ma' barra huwa ma' l-Ewropa u l-biċċa qegħda ssir dejjem akbar. Iżda dak li jkun qed ji'ri f'naħat oħra tad-dinja wkoll ikollu effett fuqna, għax id-dinja tassew saret ħa'a waħda. F'din is-sitwazzjoni globali, huwa ċar li jaqblilna nersqu aktar lejn u, jekk jirnexxielna, nitħaddnu aktar mill-qrib ma' l-Ewropa.

Aħna l-ewwel 'enerazzjoni ta' dinja globalizzata. Quddiemna għandna futur li minn banda jidher li se joffri opportunitajiet kbar filwaqt li minn banda oħra jidher li se jaħsad lil kull min ma jkunx preparat. L-effetti tar-rivoluzzjoni kbira li għaddejja minnha d-dinja tagħna huma kbar u ħadd ma jista' jgħid eżatt fejn se jwasslu. Huwa normali li quddiem dan it-tibdil il-bniedem iħossu inċert. Il-bniedem iħossu li qed jonqoslu l-poter li jiddeċiedi u li qed jonqos il-poter ta' dawk l-organizzazzjonijiet li hu kien jafda fihom biex jiddeċiedu għalih. Ir-regoli li konna drajna bihom m'għadhomx jgħoddu. Minflokhom irridu ndaħħlu sistemi 'odda li jiżguraw li ma nitgħaff'ux mill-proċess ta' globalizzazzjoni anzi li s-socjet'? tagħna tkompli tissaħħaħ u timxi 'l quddiem

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow