IL-MINISTRU TA' L-INTERN L-ONOR TONIO BORG IQASSAM ĊERTIFIKATI LILL-PARTEĊIPANTI TAL-KORS DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TAŻ-ŻWIĠIJIET
Iż-żwi'ijiet li saru bir-Re'istru Ċivili biss żdiedu b'madwar 34 fil-mija fl-aħħar ħames snin u kienu jammontaw għal 449 matul is-sena 2000. Dan qalu l-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg fl-okkażjoni tat-tqassim ta' ċertifikati għal dawk li attendew il-Kors dwar ir-Re'istrazzjoni taż-Żwi'ijiet.
Il-Kors kien organizzat mill-Amministrazzjoni tar-Re'istru Pubbliku flimkien ma' l-iStaff Development Organisation u għalih attendew b'suċċess 16–il persuna li jaħdmu fir-Re'istru Pubbliku.
Il-Kors sar biex il-parteċipanti jiksbu aktar tagħrif dwar ir-re'istrazzjoni taż-żwi'ijiet u proċeduri relatati u biex jitħarrgu aktar fil-mod kif jitrattaw mal-persuni li jirrikorru għand ir-Registru Pubbliku biex jirre'istraw iż-żwi'ijiet tagħhom.
Il-Ministru Borg qal ukoll li l-Gvern se jsaħħah l-istrutturi tar-Re'istrazzjoni Ċivili u se ssir laqgħa bejn il-Pulizija u r-Re'istratur bl-iskop li jitnaqqsu l-abbużi fejn jidħlu suspetti ta' żwi'ijiet ta' konvenjenza.
Xogħol f'din id-direzzjoni, kompla l-Ministru Borg, kien sar meta l-Gvern emenda l-Li'i dwar iċ-Ġittadinanza fejn 'ie stabbilit li persuna barranija li tiżżewwe' lil persuna Maltija, tista' takkwista passaport Malti biss wara li tkun għamlet ħames snin miżżew'a u tgħix ma' persuna Maltija.
Il-Ministru Borg ħabbar ukoll illi qed jitfassal abbozz ta' Li'i dwar ir-Re'istru Ċentrali li se tinkorpora fiha r-Re'istru Pubbliku u dak ta' l-Artijiet biex il-pubbliku jkun jista' jinqeda aktar bil-ħeffa u b'anqas burokrazija.
Għal din l-okkazjoni attendew ukoll id-Direttur Ġenerali Dr Godwin Grima, l-A'ent Direttur tar-Re'istru Pubbliku Charles Micallef, id-Direttur ta' l-iStaff Development Organisation Dr Philip von Brockdorff u d-Direttur tar-Re'istru Pubbliku t'Għawdex in-Nutara Mary Borg.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN