Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI JINDIRIZZA KONFERENZA STAMPA DWAR INTERESS KBIR MINN KUMPANIJI KBAR LI GHANDHOM IWASSLU BIEX PAJJIZNA JKUN MUDELL TA' ECCELLENZA FIL-QASAM TA' L-INFORMATIKA

pr0810
Date Icon 30/05/2001

Ftit aktar minn xahrejn ilu giet imnedija sejha ghal sieheb strategiku ghal perjodu ta' minn l-anqas seba' snin biex flimkien mal-Gvern Malti nibnu l-e-government f'pajjizna. L-ghan tas-sejha ma kienx li jinhareg tender normali fejn jinxtara xi prodott jew servizz L-ghan kien li jigu sfruttati l-hiliet taghna billi tigi stabbilita ‘win-win relationship' ma' sieheb strategiku biex flimkien u fit-tul nibnu u nsostnu din l-inizzjattiva f'pajjizna u naghmlu lil e-government f'Malta mudell ta' eccelenza f'dan il-qasam.

Il-mudell irid ikun ibbazat fuq tliet linji inter-relatati:

  1. Teknologija
    • Titjib fl-Infrastruttura Teknika u l-bini tal-Portal
    • Mekkanizmi ta' sigurta` u l-Public Key Infrastructure
    • L-uzu ta' l-ismart cards
    • L-introduzzjoni ta' aktar service delivery channels
  1. Servizzi ahjar lill-pubbliku
    • Servizzi elettronici fuq il-bazi ta' life episodes
    • Holqien ta' service clusters
    • L-integrazzjoni tal-back-end processes lejn seamless Government
  1. Riformi fl-operat tas-Servizz Pubbliku
    • BPR (Business Process Re-engineering) radikali fid-Dipartimenti tal-Gvern
    • Tishih ta' rizorsi umani permezz ta' holqien ta' strutturi godda u tahrig lill-impjegati tac-civil

Bla dubju ta xejn kien pass ambizzjuz u l-istruttura tas-sejha minnha nnifisha kienet tappella biss ghal dawk il-kumpanniji kbar, stabbiliti u bi sfond sod. Fil-fatt is-sejha ghalqet nhar il-Hamis. Il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali rcieva 19-il proposta li jirraprezentaw xejn anqas minn 58 kumpannija. 44 minn dawn il-kumpanniji huma barranin.

Fil-gimghat li gejjin sejrin jigu studjati u kkonsidrati l-proposti kollha li saru.

L-ewwel pass ser ikun wiehed eliminatorju fejn ser jigu eliminati mill-process ta' l-ghazla dawk il-kumpanniji li ma fehemux tajjeb l-ezercizzju jew li m'ghandhomx vizjoni soda ta' kif tista' titwettaq l-implimentazzjoni ta' l-e-government. Wara dan isir ezercizzju ta' evalwazzjoni dettaljata fuq dawn il-kriterji:

    1. Kemm il-kumpannija tkun fehmet l-ezercizzju
    2. Il-modalitajiet u l-kunduzzjonijiet tas-shubija
    3. Il-vizjoni, l-esperjenza u l-abilita tal-kumpannija
    4. Il-kwalita tas-soluzzjoni fit-totalita' taghna
    5. It-teknolgiji u l-metodologiji uzati
    6. L-aspett kummercjali u l-vijabilita
    7. Il-bilanc bejn ir-riskju u l-beneficcji
    8. L-involviment u l-prezenza lokali

L-ahhar stadju jkun dak ta' studju dettaljat, fejn il-kumpanniji maghzula jkunu mistennija li jelaboraw aktar il-proposta taghhom permezz ta' diversi modi.

Hawnhekk jigu shortlisted dawk il-kumpanniji li l-proposti taghhom tkun ikkunsidrata bhala l-ahjar. F'dan l-istadju, il-Gvern mistenni jinnegozja ma' diversi kumpanniji fl-istess hin, biex b'hekk ikun jista' jgib l-ahjar kuntratt possibbli.

Id-decizjoni finali dwar il-kuntratt tittiehed mill-Kabinett.

L-interess ta' dawn il-kumpanniji jimlina b'kuragg kbir. Dan l-interess ma' giex b'kumbinazzjoni. Il-profili ta' dawn il-kumpanniji kif ukoll il-proposti estremament dettaljati taghhom huma xhieda rejali tas-serjeta` u tal-professjonalita` kbira li bihom qeghdin imexxu dan il-progett. Huma xhieda tal-fiducja li tezisti f'Malta u fil-Maltin ‘il hinn minn xtutna. Huma xhieda li pajjiz sejjer fid-direzzjoni t-tajba. Fuq kollox jixhdu r-rispett li jgawdi pajjizna f'qasam daqhekk avvanzat u missielet bhal dak ta' l-ICT.

Jien cert li s-shubija li sejrin nidhlu ghalija ser tkun ta' gid kemm ghal kumpanniji msiehba kif ukoll ghal Gvern. Cert ukoll li l-akbar beneficcji ser imorru ghall-Maltin u l-Ghawdxin kollha li bis-sahha ta' din is-shubija ser igawdu minn l-aqwa servizz li jezisti fid-dinja. Fl-ahhar mill-ahhar dan hu l-progress reali. Minghajr dubju li tkun fit-tmun ta' progett li permezz tieghu pajjiz zghir bhal taghna jigbed l-attenzjoni hekk kbira tal-gganti tat-teknologija jimlik b'kuragg u kburija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow