Left arrow Mur Lura

XOG'?OL FIT-TRIQ LI MINN BURMARRAD TWASSAL SAL-MOSTA

pr0809
Date Icon 30/05/2001

Waqt laqgħa li nżammet bejn il-kuntratturi li ser jagħmlu x-xogħol fuq it-triq li minn Burmarrad twassal għall-Mosta, il-periti tal-kuntrattur u dawk tad-Dipartiment, flimkien mall-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, 'ew diskussi l-aħħar dettalji dwar l-andament tax-xogħol li jrid isir f'dawn l-inħawi.

Kif inhu naturali, parti mit-triq imsemmija, liema triq trid tinqala' u f'partijiet minnha tinbena mill-'did, mhux ser tkun tista' tintuża għaliex ser tkun maqlugħa.

F'dan il-perjodu ta' żmien, fil-fatt it-triq imsemmija ser tkun maqsuma fi tlett lanes differenti. F'wieħed minn dawn il-lanes ser ikun qed isir ix-xogħol ta' rikostruzzjoni tat-triq, filwaqt li miż-żew' lanes l-oħra jkun għaddej it-traffiku, kemm fid-direzzjoni tal-Mosta kif ukoll fid-direzzjoni ta' Burmarrad.

Il-lanes indikati kienu maqsuma fiżikament permezz ta' cones u sinjali oħra tat-traffiku biex ji'i assigurat li t-traffiku jkun ikkontrollat b'mod aħjar.

Is-sewwieqa huma mħe''a li josservaw is-sinjali tat-traffiku li hemm fuq il-post tax-xogħol. Hu importanti ferm, u dan biex ji'i evitat kull periklu, kemm għas-sewwieqa, kif ukoll għall-ħaddiema li jkunu qed jaħdmu fuq it-triq, li kull min igħaddi minn dawn l-inħawi juża l-akbar galbu possibbli fis-sewqan tiegħu. Dan hu importanti kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl.

F'dan ir-rigward dawk is-sewwieqa li jkunu għaddejin minn dawn in-naħiet għandhom jassiguraw li josservaw kontinwament is-sinjali kollha tat-traffiku nvoluti.

Ix-xogħol meħtie' hu wieħed ta' dimensjoni kbira, li ser idum għaddej għal diversi xhur, u għalhekk kulħadd hu mħe''e' li jimxi wkoll ma' kull direzzjoni partikulari li tista' tingħat minn żmien għal l-ieħor, kemm fuq il-mezzi tax-xandir kif ukoll fuq il-post.

Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li f'din il-fażi tax-xogħol ser ikun hemm upgrading sostanzjali ta' kważi ħames kilometri ta' toroq, liema upgrading hu parti mill-ħidma mwettqa mill-Gvern tal-lum biex it-toroq ta' dan il-pajjiż ikomplu jitjiebu fil-kwalita' u s-safety tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow