Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD

pr0807
Date Icon 30/05/2001

Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd kategorikament jichad l-allegazzjoni ta' l-Onor Noel Farrugia (datata 28.05.01) li jezisti xi gwaj fl-operat tas-settur tal-majjal. La l-Gvern u l-anqas il-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjali mhu ser jaqghu fl-izball li kien ghamel l-istess Onor Farrugia meta kien hajjar il-produtturi tal-majjal sabiex ikabbru l-produzzjoni bla razan u bla kontroll, b'tama vaga ta' esportazzjoni!

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit fi twegiba ghall-istqarrija minghajr logika u bla bazi ta' l-Onor Noel Farrugia, li meta kien Ministru ghall-istess qasam, b'hafna kliem kien ta' wiehed x'jifhem li kien ser jibda esportazzjoni kbira ta' majjal!

Il-Ministru Zammit kompla jghid li l-importazzjoni temporanja tal-majjal hija mahsuba biss sabiex il-konsumatur ikun moqdi b'majjal u bi prodotti tal-majjal. Ghaldaqstant, din l-importazzjoni ser tibqa' sakemm is-suq jirrikjedi. Mhux il-kaz li tizdied il-kwota, jew li thajjar aktar produzzjoni fuq il-kwota ezistenti, ghax il-problema hija wahda temporanja.

Huwa zied jghid li l-propaganda ta' l-Onor Farrugia ta' esportazzjoni ta' 10,000 majjal spiccat f'esportazzjoni mizera ta' 43 majjal biss.

Il-Ministru Zammit rega' rrifera ghad-dikjarazzjoni ta' l-Onor. Alfred Sant tad-29 t'April 1998, li bil-politika tieghu ta' ‘Svizzera fil-Mediterran' kien ser ikollna importazzjoni ta' lahmijiet, bhaz-zalzett u tal-majjal, bi prezzijiet tant baxxi li r-rahhala taghna ma jkunux f'pozizzjoni li jikkompetu maghhom. Huwa tenna l-isfida lill-Onor Farrugia sabiex dan jiddikjara pubblikament jekk jaqbilx mal-Kap ta' l-Oppozizzjoni, u jekk fl-affermattiv, jghid x'inhu il-pjan tieghu ghal dan is-settur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow