Left arrow Mur Lura

SILTIET MID-DISKORS TA' L-ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, WAQT IT-TNEDIJA TA' L-ENVIRONMENT AWARD TO INDUSTRY, ORGANIZZAT MID-DIPARTIMENT G'?ALL-'?ARSIEN TA' L-AMBJENT U L-CLEANER TECHNOLOGY CENTRE

pr0805
Date Icon 30/05/2001

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li ċifri ppubbikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika juru li sehem is-settur tal-manifattura għall-Prodott Gross Domestiku kiber minn Lm188 miljun fl-1991 għal Lm347 miljun fl-2000, żieda ta' Lm159 miljun jew ta' 85 fil-mija. Jekk nieħdu l-1998, l-aħħar sena li għaliha għandna l-istatistika rilevanti, insibu li minn 34,541 persuna jaħdmu f'dan is-settur 46 fil-mija kienu f'azjendi li jħaddmu anqas minn 49 persuna, 25 fil-mija kienu f'ażjendi li jħaddmu bejn 50 u 199 persuna filwaqt li l-bqija kienu f'ażjendi li jħaddmu aktar minn 200 persuna. Dan juri li s-settur industrjali ta' pajjiżna hu fil-parti l-kbira tiegħu mibni fuq ażjendi żgħar u azjendi ta' daqs medju. Ċifri li juru wkoll li s-settur tal-manifattura jagħmel 26 fil-mija tal-'id nazzjonali.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-attivita' fis-settur tal-manifattura, minnha nfisha, hi responsabbli minn użu ta' ener'ija, ti''enera skart u toħloq tni''iż. Jekk ma nkunux kontinwament konxji minn dawn it-tliet prodotti negattivi li ji''enera dan is-settur tista' tinħoloq ħsara irreparabbli lill-ambjent. Għalhekk fil-politika industrjali rridu dejjem inħarsu li fl-istess waqt li nkabbru l-produzzjoni nieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex innaqqsu t-tni''iż.

Franċis Zammit Dimech fakkar li sa ftit tas-snin ilu ftit kienu dawk li jimpurtahom mill-ħarsien ta' l-ambjent meta ji'u biex jwaqqfu industrja. Din il-mentalita' qed tinbidel, msaħħa mill-fatt li llum il-poplu hu aktar konxju li jekk l-ambjent madwaru jkun nadif allura se jgħix aktar f'saħħtu. Dan qed iwassal biex qed tkun żviluppata ‘teknologija nadifa' u l-effiċjenza ekolo'ika fil-qasam industrjali. Il-kunċett wara din it-teknolo'ija hu li aktar milli nsibu soluzzjoni għat-tni''iż ma nħallux li jkun hemm tni''iż.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Unjoni Ewropea fasslet ħti'iet 'odda importanti fuq livell purament le'islattiv bl-iskop li kumpanniji jkunu aktar ekolo'ikament effiċjenti u innovattivi. Dawn jinkludu:

  • Regolamenti biex ikun hemm standards għall-ippakkjar, twaħħil ta' tikketti, trasport u marketing ta' prodotti kimiċi;
  • Direttiva fuq riskji ewlenin f'inċidenti marbuta ma' ċerti attivitajiet industrjali;
  • Sistema ta' environment impact assessment ta' ċerti pro'etti pubbliċi u privati;
  • Regoli biex ikunu ippremjati prodotti li huma environmentally friendly biex jitħallew jesebixxu tiketta ekolo'ika bħala element ewlieni ta' politika integata dwar il-prodott;
  • Skema ta' eco-management u awditarjar li tinkoragixxi azjendi jevalwaw u jtejjbu l-prodott mil-lat ambjentali. Dawn jingħataw is-simbolu EMAS li jtejjbilhom id-dehra tagħhom mal-pubbliku;
  • Direttiva dwar l-ippakkjar li tiffissa livelli ta' ricikla'' għal skart li joħro' mill-ippakkjar
  • Direttiva dwar prevenzjoni u kontroll mit-tni''iż li tintroduċi mod 'did kif inħarsu lejn il-prevenzjoni ta' emissjonijiet permezz ta' kontroll ta' tni''iż mill-arja, ilma u ħamrija f'istallazzjonijiet kbar industrjali u agrikoli.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li matul dawn l-aħħar snin pajjiżna ħa diversi inizjattivi favur il-ħarsien ambjentali b'riferenza speċjali għall-qasam industrjali. Iddaħħlet il-prattika li jsiru Environmental Impact Assessments dwar pro'etti ta' ċertu daqs. Tnaqqsu s-CFC's minn Malta. Saru regolamenti dwar il-kontroll tal-movimenti ta' sustanzi tossiċi u sustanzi oħra, l-użu tat-Titanium Dioxide fl-Industrja, Tni''iż ta' l-Arja minn Impjanti Industrjali, id-Depositu ta' Skart mill-Industrja tal-Kostruzzjoni u Skart Ieħor. Fis-sena 2000 Malta aċċediet għall-Konvenzjoni ta' Basle dwar il-Movimenti minn Post għall-Ieħor ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu. Il-Ministru għall-Ambjent qal li fit-23 ta' dan ix-xahar, f'isem il-Gvern Malti iffirma l-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Persistant Organic Pollutants li hi ikkunsidrata bħala ta' importanza ambjentali kbira għaliex għandha l-iskop li twaqqaf it-tixrid ta' kimiċi tossiċi li jagħmlu ħsara lill-bniedem u lill-ambjent.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fl-1987 il-Kummissjoni Ewropea ħolqot The European Awards for the Environment li jitqassmu kull sentejn. Bħala preparazzjoni għal dawn l-awardshemm skemi nazzjonali ta' awards fil-15 il-pajjiż membru ta' l-UE. Fil-fatt biex tipparteċipa fil-European Awards trid tkun ipparteċipajt b'suċċess fl-awards nazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li testendi l-parteċipazzjoni f'dawn l-awards lill-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-UE, li Malta hi waħda minnhom.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li dawn l-awards huma ddisinjati biex jagħrfu u jippromwovu kumpanniji mis-setturi kollha industrjali fl-UE li jagħtu kontribut siewi u sinifikanti għal żvilupp sostenibbli billi jintegraw b'suċċess l-ambjent u r-risorsi naturali fil-politika, proċessar u prodotti tagħhom. Dawn l-awards jinkludu Management Award, Product Award, Technology Award uInternational Partnership Award.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern waqqaf Adjudicating Committee għall-Environment Award to Industry li kien presedut mill-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici. Hu awgura li jkun hemm ħafna azjendi li jilħqu l-miri mfassla għall-għoti ta' dawn l-awards. Qal li min bl-inizjattivi tiegħu jikseb żvilupp ekonomiku u soċjali fl-istess waqt li jnaqqas l-impatt ambjentali mill-ħidma tiegħu ikun ta' eżempju għal oħrajn. Fakkar li aktar ma jkollna min isir konxju mill-iżvilupp sostenibbli ta' l-azjenda tiegħu, jew ta' l-azjenda li fiha jaħdem, akbar ikun il-'id ambjentali li jikseb il-pajjiż u l-poplu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow