Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI INIEDI PROCESS WIESGHA TA' KONSULTAZZJONI DWAR L-INIZJATTIVA eEUROPE+

pr0799
Date Icon 29/05/2001

Li tkun leader ma jfissirx li taf kollox jew li kapaci taghmel kollox wahdek. Ghalhekk qed iniedu process ta' konsultazzjoni ma' 25 organizzazzjoni interessati fil-qasam ta' l-Information Communications Technology biex inpoggu lil Malta fuq quddiem u nassiguraw futur u opportunitajiet ta' xoghol mill-aqwa ghaz-zghazagh taghna.

Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta kien qed jindirizza konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha gie mniedi il-process ta' konsultazzjoni ghall- progett maghruf bhala eEurope +.

Il-Ministru Gatt kompla li fil-gimghat li gejjin, minbarra li ser nitkellmu ma' l-organizzazzjonijiet Governattivi, sejrin ukoll niltaqghu ma' dawk li jirraprezentaw is-settur privat, il-haddiema, il-Kunsilli Lokali, l-istudenti u l-persuni b'dizabbilta`. Il-messagg f'dan il-process huwa wiehed car: Irridu nisimghu u nitghallmu.

Permezz ta' dan il-process irridu nkunu l-katalisti u l-facilitaturi li nikkonvergu l-hidma ta' dawn l-organizazzjoniet kollha fi sforz wiehed nazzjonali. Ghalhekk sejrin naraw liema huma dawk l-inizzjattivi li hadu dawn l-organizzazzjonijiet s'issa u liema huma dawk li bi hsiebhom jiehdu fix-xhur li gejjin. Dan ser naghmluh biex nizguraw li ma jkollniex duplikazzjoni u hela ta' rizorsi kif ukoll biex insostnu l-livell u r-reputazzjoni gholja li ghandu pajjizna f'dan il-qasam.

Huwa importanti li nzommu 'l boghod mid-dilettantizmu. M'ahna ser inhallu lil hadd jipperikola l-akbar opportunita` li ghandu quddiemu dan il-pajjiz li toffri orizzonti godda ghaz-zghazagh taghna. Irridu nzommu l-fama internazzjonali li rnexxielna nibnu b'hidma u investimenti kontinwi.

Fama li giet riflessa bl-aktar mod evidenti u brillanti fil-proposti ghas-shubija li rcevejna m'ghand l-akbar ditti ta' l-IT fid-dinja ghal progett ambizzjuz ta' l-eGovernment f'pajjizna. Proposti li ser jithabbru pubblikament ghada.

Il-Ministru Gatt kompla li f'Dicembru 2001 ser jinhareg l-ewwel rapport ta' progress ta' l-eEurope+.Ser nahdmu biex nikkonvergu l-hidma ta' kullhadd biex nilhqu r-rizultati taghna. Ghalhekk qed iniedu dan il-process ta konsultazzjoni li fih qed ninkludu lil kull min ghandu parti mis-success tieghu.

F'Dicembru ahna determinati li nkunu fuq quddiem nett, kompla Dr. Gatt.

Determinati li nkunu fuq quddiem biex naghmlu lil Malta showcase tat-teknologija li verament tpoggi lil Malta fuq quddiem u nassiguraw futur u opportunitajiet ta' xoghol mill-aqwa ghaz-zghazagh taghna.

-----------------

Process eEurope + - Taghrif

F'Lisbona f'Marzu 2000 il-pajjizi membri ta' l-Unjoni Ewropeja qablu li ghandhom jahdmu b'impenn biex jaghmlu l-UE l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika fid-dinja. Il-Pajjizi qablu li dan jista' jsir biss jekk l-Ewropa taghraf tisfrutta l-opportunitajiet kbar li toffri l-hekk imsejha New Economy u t-teknologija ta' l-internet. Biex jilhqu dan l-ghan il-kapijiet tal-pajjizi membri waqqfu l-inizzjativa imsejha eEurope li tikkonsisti fi pjan ta' azzjoni dettaljat u programm ta' hidma imsejjes fuq tliet ghanijiet:

    1. Servizz ta' l-Internet ahjar, irhas u li joffri livell ta' sigurta` gholja

    2. Investiment fil-hiliet u l-kapacitajiet tal-haddiema

    3. Tkattir fl-uzu ta' l-internet fis-setturi kollha tas-socjeta` u ekonomija

Il-progress f'dan il-programm jitkejjel permezz ta' 26 benchmark baziku maqbula bejn il-pajjizi membri li fost l-ohrajn jinkludu:

    1. Persentagg ta' djar b'access ghall-internet

    2. Prezz ta' access ghall-internet

    3. Numru ta' PCs ghal kull 100 student

    4. Numru ta' PCs b'access ghal internet ghal kull 100 student

    5. Persentagg ta' haddiema bil-hiliet bazici fil-kompjuter

    6. Numru ta' Information Kiosks ghal kull 1000 persuna

    7. Persentagg ta' kumpanniji li joperaw bl- e-commerce

It-tieni pass f'dan il-process importanti sehh f'Vasravja f'Mejju 200 meta l-pajjizi kandidati tal-Lvant irrejalizzaw il-potenzjal ta' din l-inizzjattiva u ddecidew li jistudjaw kif setghu japplikaw l-eEurope ghalihom.

Fi Frar 2001 Malta flimkien ma Cipru u t-Turkija dahlu f'dan il-process. Id-delegati tal-hmistax il-pajjiz flimkien nisgu pjan ta' azzjoni bl-isem eEurope+, li jimxi fuq l-istess principji ta' l-eEurope kif ukoll jiehu in konsiderazzjoni is-sitwazzjoni tal-pajjizi kandidati f'dan il-qasam.

Fil-fatt l-eEurope+ izomm bhala bazi it-tliet ghanijiet ta' l-eEurope u jzid ghan iehor li jikkoncerna t-twaqqif u t-tishih tal-qafas legali u ta' l-infrastruttura necessarja – zewg oqsma li pajjizna huwa diga avvanzat hafna fihom.

Bejn Frar u Mejju id-delegazzjoni Maltija flimkien mad-delegazzjonijiet tal-pajjizi l-ohra hadmu flimkien biex ifformulaw il-pjan ta' azzjoni li gie maqbul bejn kullhadd f'Brussels fil-bidu ta' dan ix-xahar.

Il-pjan ta' azzjoni m'huwiex parti mil-process tan-negozjati. Huwa programm ta' hidma maghmul mill-pajjizi kandidati ghal pajjizi kandidati fi sfond ta' kooperazzjoni u qsim ta' gherf. Huwa wkoll mappa cara tat-toroq li rridu nghaddu minnhom jekk irridu nkunu minn ta' quddiem f'dan il-qasam.

L-eEurope + jikber aktar fir-rilevanza tieghu meta wiehed jikkunsidra li huwa l-ewwel sforz komuni li sar bejn il-pajjizi kandidati kollha.

Dan il-pjan ta' azzjoni ser jithabbar ufficjalment f'Gunju f'Gotheborg fis-Summit ta' l-Unjoni Ewropeja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow