STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-INTERN
Michuda rapporti ta` tnaqqis fid-dhul tal-Pulizija tat-Traffic; anzi tjiebu il-kondizzjonijiet
Il-Ministeru ta' l-Intern jirreferi ghal rapporti u stqarrijiet li dehru fl-istampa fis-sens li qed jonqos id-dhul tal-Pulizija fis-Sezzjoni tat-Traffic, u li dan jifforma parti minn strategija ta' tnaqqis fil-beneficcji li jgawdu l-Pulizija.
Ta' min ighid ghalhekk li bhala fatt is-salarju fix-xahar ta' Surgent fit-Traffic Branch minn salarju baziku ta' Lm362.50 fl-1998 tela' ghal Lm471.50 din is-sena. L-overtime fis-sena tela' min Lm460 fl-1998 ghal Lm941 fis-sena 2000, id-dhul mill-allowances minn Lm1153 fil-1998, ukoll se jirregistra zjieda tant li fl-ewwel hames xhur tas-sena 2001 diga` jammonta ghal Lm509.
Dawn ic-cifri gew bazati fuq id-dhul ta' kuntistabbli tat-traffic maghzulin at random.
Ic-cifri ghal kuntistabbli irregistraw zjieda simili. Minn dhul ta' Lm362 fix-xahar bhala salarju baziku ghal Lm443 fl-2001. 'Overtime' ta' Lm308 fl-1998 issa tela` ghal Lm556 fl-2000 u fl-ewwel 5 xhur tas-sena diga` Lm226.
Il-vot finanzjarju fil-Budget ghar-rigward il-Pulizija zdied sostanzjalment kif gej:-
PagicSalarji | Overtime | Allowances | |
1998 | 8,144,000 | 240,000 | 1,158,000 |
1999 | 8,492,000 | 330,000 | 1,356,000 |
2000 | 8,500,000 | 270,000 | 1,370,000 |
2001 | 10,355,000 | 260,000 | 1,570,000 |
Komparat mal-1998 | (+27%) | (+8%) | (+36%) |
Ghalhekk kuntrarjament ghal dak li jsostni il-kelliem ewlieni tal-Opposizzjoni Dr Gavin Gulia, meta wiehed iqis il-kwadru shih tad-dhul tal-Pulizija illum imqabbla ma' l-1998, l-ahhar sena ta' Gvern Laburista, wiehed jista`jikkonferma kemm tjieb id-dhul tal-Korp tal-Pulizija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN