Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA

pr0789
Date Icon 28/05/2001

Wara li dehru fil-mezzi tax-xandir diversi artikli u stqarrijiet mill- MUMN rigward il-qaghda tan-Nurses u tal-Pazjenti fl-isptar San Luqa, id-Divizjoni tas-Sahha thoss li ghandha ticcara certu punti mqajjma sabiex il-pubbliku ma jigix zgwidat. Filwaqt li d-Divizjoni tas-Sahha taccetta li f'certu oqsma hemm lok sabiex is-sitwazzjoni tigi irrangata, is-sitwazzjoni u l-fatti zgur li ma humiex kif deskritti mill- MUMN.

L-ewwel problema principali hi n-numru konsiderevoli ta' anzjani li qed jokkupaw sodod akuti fl-isptar u b'hekk joholqu iffular zejjed fis-swali. Din is-sitwazzjoni ilha ghaddejja ghal numru ta' snin u sa llum ghada ma nstabitx soluzzjoni ghaliha. Il-problema principali hi li hemm numru ta' anzjani li jew ma ghandhomx min jiehu hsiebhom jew il-qraba taghhom qeghdin jirrifjutaw li jaghmlu dan. Fil-waqt li d-Divizjoni taccetta li din is-sitwazzjoni qed tohloq xkiel sabiex tkun tista tinghata l-ahjar kura fis-swali tal-isptar San Luqa, l-istess Divizjoni tfakkar li ma tistax tabdika l-obligi socjali taghha. Din ir-responsabbilita` ghal kura ta'dawn l-anzjani trid tingarr mill-partijiet socjali kollha.

Ftit aktar min sena ilu, id-Divizjoni tas-Sahha embarkat fuq riforma fil-qasam tat-tindif fl-isptar San Luqa. Kif kulhadd jiftakar li ghal xhur shah din ir-riforma ntlaqet b'oppozizzjoni kbira mis-setturi kollha fl-isptar, inkluzi dawk tan-Nursing. Minkejja dan is-servizz kompla jinghata. Ghalkemm wiehed ma jeskludix li jista jkun hemm xi partijiet mill-isptar li ma jilhqux il-livell ta' ndafa mixtieq, zgur li is-sitwazzjoni ma hijiex allarmanti kif qed tpengija l-MUMN. Bl-istqarrijiet taghha l-MUMN qeghda tallarma l-pubbliku li fl-isptar is-sitwazzjoni hija tali li wiehed qieghed jirriskja li jiehu xi infezzjoni minhabba l-hmieg ezistenti. Dan mhux minnu u mis-sorveljanza li jghamel il- management tal-isptar zgur li mhux sostnut bil-fatti. Fil-prezent ghaddejja evalwazzjoni totali tar-riformi li kienu saru biex ikunu identifikati l-oqsma fejn hemm bzonn tibdil halli dan jigi mplimentat minnufih.

Fil-waqt li d-Divizjoni taccetta li f'certu swali hemm xi nuqqass ta' Nursing Aides u Ward Clerks, din l-assenza hija f' numru zghir hafna ta swali u mhux mifruxa mal-Isptar kollu kif qed tipprova taghti l-impressjoni l- MUMN. Id-Divizjoni tas-Sahha hija lesta li tingaggja l-istaff kollu li hemm bzonn izda dan sa issa ma kienx possibbli minhabba diskussjonijiet li ghaddejjin ma unions ohra rigward il-gradi in kwestjoni. Fl-ebda hin id-Divizjoni tas-Sahha ma qatt sfurzatt lill- infermiera biex jaghmlu xoghol li suppost isir min dawn il-gradi izda dejjem appellat ghall-kkoperazzjoni tal-infermiera biex dak ix-xoghol li ghandu jsir fl-interess tal-pazjent isir . Id-Divizjoni tas-Sahha tirringrazzja lil dawk l-infermiera kollha li jikkoperaw maghha fl-interessi tal-pazjenti.

F'dawn l-ahhar xhur id-Divizjoni tas-Sahha ipprocessat ukoll diversi sejhiet ghal mili ta'postijiet fil-gradi kollha tan-Nursing inkluzi dawk ta' Deputy Nursing Officer,Nursing Officer u Departmental Nurse Manager. Uhud min dawn il-karigi diga` nghataw fil-waqt li ohrajn ghadhom qed jigu processati. Ghaldaqstant l-istqarrija tal-Union li ma humiex qed jinghataw il-promozzjonijiet dovuti ma hijiex fattwali.

Huwa minnu li matul dawn l-ahhar xhur iddahhlu fl-isptar San Luqa sistemi godda ta' management li l- MUMN qedgha tiddeskrivi bhala burokratici u li jaghmluha impossibbli biex jingiebu affarijiet mill-istores u l-ispizerija. Dawn is-sistemi huma immirati sabiex jkun jista jsir aktar kontroll fuq l-uzu tar-rizorsi u tinholoq sistema ta' responsabbilizazzjoni fil-gradi u l- livelli kollha . Jekk wiehed huwa kommess li jara li r-rizorsi taghna jigu uzati bl-ahjar mod possibbli, dawn is-sistemi ghandhom jigu milqugha u ghandhom isibu l-koperazzjoni ta' kulhadd.

Filwaqt li d-Divizjoni tas-Sahha tapprezza li x-xoghol, fl-isptarijiet iwassal ghal pressjoni fuq l-impjegati koncernati, l- MUMN qed tipprova taghti ‘l wiehed x' jifhem li din il-pressjoni qed twassal biex isiru zbalji fuq il-pazzjenti. Ir-rapporti kontra Nurses li dahlu lid-Divizjoni tas-Sahha matul dawn l-ahhar gimghat ma kienux jikkoncernaw il-kura li huma taw lill –pazjenti, izda kienu rapporti dixxiplinarji b' mod specjali f' dak li ghandu x'jaqsam ma verifikazzjoni ta' mard. Id-Divizjoni hija kommessa li terga id-dahhal fl-isptarijiet taghna sistemi ta' Dixxiplina effettiva u li tikkontrolla l-abbuz tas-Sick Leave.

Fl-ahhar nett id-Divizjoni tiddeplora l-fatt li l-MUMN qed tinganna lill-pubbliku billi qed tassocja il-kundizzjoniet tax-xoghol tal-infermiera ma' waiting lists ghal operazzjonijiet. Id-Divizjoni tas-Sahha tikkundanna lill-Union ghad-direttiva li tat lill- membri taghha li jaghttu isimhom bi stikker mahruga minnha. Hija prattika tal-etika professjonali li pazjent ikun mgharraf bl-isem ta min ikun qed jaghtih servizz. Id-Divizjoni tas-Sahha temmen li Nurses ghandhom kull dritt li jaghmlu l-protesti li jhossu xierqa izda fl-istess hin ghandhom ukoll jirrispettaw id-drittijiet tal-pazjent.

L-ghan tad-Divizjoni tas-Sahha hu li jkompli jittejjeb il-livell ta' kura li tinghata mid-diversi servizzi tas-sahha. Biex dan isehh irid ikun hemm il-kollaborazzjoni u l-partecipazzjoni ta' kullhadd u ghal dan il-ghan fil-jiem li gejjin id-Divizjoni tas-Sahha ser tiltaqa' mal- MUMN sabiex ikunu jistghu jigu diskussi u evalwati l-ilmenti tal- Union.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow