Left arrow Go Back

DISKORS TA' L-GHELUQ MILL-E.T. IL-PROFESSUR GUIDO DE MARCO, PRESIDENT TA' MALTA, FL-OKKAZJONI TAS-SEMINAR DWAR "THE PROMOTION OF LANGUAGE TEACHING AND LEARNING PROJECTS - PARTICIPATION AND FUNDING OPPORTUNITIES"

pr0786
Date Icon 28/05/2001

L-istorja tat-Torri ta' Babel dejjem affaxxinatni. Kif tghid il-Bibbja, "L-art kollha kienet ta' lingwa wahda u ta' kelma wahda. Il-bnedmin riedu jtellghu torri li tista' tasal sas-sema. U l-Mulej, meta nizel jara x'qeghdin jaghmlu l-bnedmin, qal: Ara, il-poplu huwa wiehed u kollha ghandhom lingwa wahda. Hu ghamar li jinzlu mit-torri b'mod li ma jifhmux iktar lil xulxin u jitkellmu b'ilsna differenti."

Jidher, skond il-Bibbja, li dan hu t-twelid tal-lingwi, metodu kif in-nies ghax ma jiftehmux bejniethom jinqabdu fi gruppi u socjeta` differenti, jinqasmu u jinfatmu minn xulxin, u l-kelma ‘Babel' saret tirriffletti d-diversita` fil-lingwi li jifirdu l-popli u simbolu ta' konfuzjoni.

Dalwaqt il-festa tal-Pentecoste fejn l-Appostli tkelmu u dawk kollha li bdew jisimawhom, ghalkemm gejjin minn nazzjonalitajiet u lingwi differenti, kif hemm miktub fl-Atti ta' l-Appostli, "bdew jisimghuhom jitkellmu fil-lingwa ta' kull wiehed minnhom."

Dan il-kuntrast bejn Babel u l-Pentecoste jgibna proprju ghas-suggett ta' llum. Kif il-lingwi huma taht aspett il-holqien ta' differenzi bejn il-gnus, firda bejn il-popli, u inkomprensjoni bejn il-bnedmin, fl-istess hin ghandhom valur fejn fid-diversita` taghhom joholqu rikkezza ta' kultura, pont ta' inkontru, torri ta' taghlim.

Matul dawn il-jumejn li ghaddew intom kellkom l-opportunita` li tiddiskutu r-rwol tal-lingwa fis-socjet'?, kif il-lingwa ssawwar Nazzjon, kif ukoll tifred popli u kif, bit-tibdil socjali li ghaddejja minnu d-dinja, u pajjizna, il-lingwa qed isservi biex il-bnedmin ikollhom l-ghodda biex jirbhu l-ostakli li jifirduhom u jsiru iktar komunit'? wahda.

Semmejt li l-lingwi jsawru n-nazzjon u l-lingwi jifirdu l-popli. Din hija d-djalettika tal-lingwa. Min-naha wahda, il-lingwa taghti sura lill-identit'? ta' poplu, taghtih ir-ruh li permezz taghha jista' jesprimu ruhu f'kultura, u jizviluppa dak kollu li jaghmlu gens distint minn kull gens iehor. Fl-istess hin per'? l-lingwa tista' sservi, u gieli serviet, biex tifred poplu minn iehor. Gieli ntuzat bhala pretest ta' konflitt, sa zmenijietna.

Djalettika din li l-politici ta' l-imghoddi u ta' zmienna habbtu wicchom maghha u jibqghu jhabbtu wicchom maghha sakemm il-bniedem jaghraf li hemm hafna iktar x'jghaqqdu milli x'jifirdu, li l-lingwa li tghaqqad u ssawwar poplu mhux bil-fors ghandu jkollha konsegwenzi ta' mibgheda u ghira, imma ghandha tiftiehem bhala l-espressjoni pozittiva tad-diversit'? fost il-popli.

F'Malta taghna, l-istorja tal-lingwa wkoll ghaddiet minn taqlib kbir. Sa zmien mhux il-boghod, il-Malti kien gie strumentalizzat ghal skopijiet politici, ukoll biex isservi politika kolonjali. Illum, kull Malti jara fil-lingwa taghna s-simbolu ta' l-identit'? taghna.

Irrid insellem lil kull min, specjalment minn din l-Universit'?, imma mhux biss, ta u ghadu qed jaghti l-kontribut tieghu biex il-lingwa Maltija toktor, tigi studjata xjentifikament u tibqa' tintuza' tajjeb. F'dan il-kontest, nahseb li hu doveruz insemmi lil Professur Aquilina li gharaf jaghti lill-Malti dak il-pedament lingwistiku u xjentifiku f'kontest ta' valutazzjoni korretta tal-bazi u ta' l-evoluzzjoni kulturali tieghu.

Il-lingwa taghna servietna tajjeb fl-imghoddi biex nibnu n-nazzjon Maltija u trid tibqa' sservina 'il quddiem bhala gens bir-ruh tieghu proprja, sabiha u dejjem friska, moghnija bit-tama li tkompli taghti kontribut biex issahhah l-identita` Maltija tul is-sekli.

Fl-istess nifs pero' irrid nghid li l-Maltin minn dejjem gharfu li l-ilsna barranin ghandhom rwol importanti f'pajjizna, pajjiz zghir f'nofs il-bahar Mediterran. Ahna rridu nghixu ma' l-ohrajn. Irridu ghalhekk l-ghodda li permezz taghha nkunu nistghu nikkomunikaw ma' l-ohrajn, mal-popli Ewropej in-naha ta' fuq u mal-popli Gharab in-naha t'isfel.

L-istorja taghna recenti tatna wkoll lingwa li llum hija pratikament il-lingwa franka tat-teknologijag l-Ingliz. Inhossuna ghalhekk fortunati li waqt li ghandna lingwa taghna, minn dejjem gharafna l-bzonn li nkunu nafu lingwi ohrajn, halli nixorbu mill-benna tal-kulturi l-ohra.

Il-muzajk tal-lingwi f'Malta, kif deher sewwa mill-istudju ta' Sciriha u Vassallo li gie pprezentat f'dan is-seminar juri kemm ahna ghonja f'dan il-qasam; numru kbir ta' Maltin tghallmu bosta ilsna barranin li jaghtuna l-possibilita` li mhux biss nikkomunikaw ma' hadtiehor izda wkoll li nithabbu mal-kulturi taghhom.

Hemm naturalment xi hwejjeg li wiehed jithasseb dwarhom. Mhux billi nghidu li nafu lingwagg, irridu nkunu kapaci nitkellmuha u niktbuha sewwa. Il-Malti taghna qed ibati meta sfortunatament inhalltuh fid-diskors taghna ma' ilsien iehor, bir-rizultat li nkunu qed nuru bic-car li m'ahniex kapaci nitkellmu b'lingwa wahda tajjeb. Is-sistema edukattiva taghna taghmel sew jekk tfittex li tinsisti li wiehed ghandu jitkellem b'lingwa wahda u tajjeb f'mument wiehed u mhux joqghod iraqqa' lingwa ohra biex forsi jimpressjona; ikun qed jaghmel hsara lilu nnifsu u lill-kommunita' min jaghmelhekk, specjalment fil-mezzi tal-kommunikazzjoni tal-massa u fil-gazzetti. Imma anki fid-djar taghna, u specjalment kif nitkellmu mat-tfal taghna, ghandna nfittxu li nitkellmu Malti tajjeb u mhux inraqqghuh ma' lingwa ohra. Ma tezistix il-lingwa ‘Anglo-Maltese'.

Jiena cert li l-Fakolt'? tal-Edukazzjoni fl-Universit'? ghandha dan l-impenn biex turi lill-ghalliema kif l-ewwelnett huma bl-ezempju, u mbaghad bl-ghajnuna li jaghtu lill-genituri, it-thaddim tal-Malti u ta' lingwi ohrajn dejjem jitjieb. Dan ma jfissirx li ma ninkoraggux li wiehed jitkellem b'lingwa barranija wkoll. Jiena kont fortunat li minn tfuliti drajt nitkellem ukoll id-dar bil-Malti, bit-Taljan, u bl-Ingliz.

Hemm ghalhekk il-htiega li l-lingwi li nitghallmu nuzawhom. L-istess studju ta' Sciriha u Vassallo juru li l-Maltin mhux dejjem juzaw dak li jafu. Din hi hasra ghax il-hajja kulturali taghna tistaghna jekk infittxu li jinholqu attivitajiet u okkazjonijiet fejn l-ilsna li nafu, nuzawhom. Hemm hafna mill-istudenti taghna li studjaw it-Taljan u l-Franciz, u dan ghal numru ta' snin. Kemm minnhom wiehed jista' jghid, pero`, jippossjedi dawn il-lingwi li ‘studjaw'?

L-ilsien taghna ghandu gheruq semitici maghguna mal-fatt li matul il-mixja taz-zmien, l-influwenza romanza saret parti integrali mir-ruh tal-lingwa taghna.

Ahna mdawrin mill-Mediterran, mir-realta` tad-dinja Gharbija u dik Ewropea. Ikun tassew utli jekk izjed zghazagh jitghalmu l-lingwa u l-kultura Gharbija. Ta' min wiehed ifakkar li, minghajr impozizzjonijiet, hemm hafna utilita` u ghaqal li l-Gharbi jigi mghallem izjed fil-kommunita' Maltija.

It-tradizzjoni letterarja u l-vokabolu romanz Malti ghamel mil-lingwa Maltija strument ta' espressjoni valida f'kull eventwalita`. F'dan il-kontest, l-influwenza tal-lingwi romanzi fuq il-Malti jaghtina l-facilita` li nersqu lejn dawn il-lingwi b'vokabolarju u sintassi ga` mfassla.

Qed niltaqghu f'seminar fejn fostkom qed nara bosta li qeghdin jew li kienu l-Universit'? bhala studenti. Il-Fakolta' tal-Arti fl-Universit'? taghna tat kontribut kbir ghat-taghlim tal-lingwi. Kontribut li mhux dejjem gie apprezzat bizzejjed ghax ma jwassalx ghal impjieg partikolari. Imma l-Fakolt'? ta' l-Arti pprovdiet l-ghodda biex il-Maltin jistghu jitghallmu lingwi dejjem aktar. Sa minn meta ssawret kienet l-benniena tat-taghlim tal-lingwi. Imma jehtieg tkompli tissahhah.

Illum Malta ghandha hafna kummerc u relazzjonijiet ma' pajjizi Ewropej izda, biex naghti ezempju, fl-Universit'?, il-Germaniz ma huwiex moghti post li jitkejjel ma' l-importanza li ghandu fl-ekonomija taghna. Jien konvint li s-Senat u l-Universita` taghna jkomplu jaghtu gharfien lit-taghlim tal-lingwi, bhala l-gebla tax-xewka fl-izvilupp tal-futur ta' pajjizna.

Irrid nirringrazzjakom mill-gdid ta' l-invit li ghamiltuli. Naf li ddiskutejtu hafna progetti li permezz taghhom it-tfal u z-zghazagh taghna ser ikollhom l-opportunita` li jiskopru l-kulturi kbar ta' madwarna permezz tal-programm Lingua fi hdan Socrates. Jiena cert li l-ufficcju nazzjonali ta' Socrates mhux ser jieqaf milli jippromwovi l-Malti, li jwassal ideat godda fuq it-taghlim ta' l-ilsna, u li joffri okkazjonijiet bhal din li permezz taghhom isiru progetti li jgibu nies differenti flimkien biex jaghrfu l-pregji tal-lingwi, inkluz ta' ilsna li huma inqas maghrufa.

Nixtiqilkom kull success. Malta ghandha futur kemm bhala centru ta' studju ta' lingwi u ta' kulturi kif il-Maltin ikunu jippossjedu u jaghrfu l-bzonn li jitkellmu possibilment erbgha lingwi jew iktar.

Dan jaghtina vantagg fuq hafna popli ohra ghaliex iqeghdna f'pozizzjoni mhux biss li nixorbu minn kulturi differenti, izda wkoll li naghrfu nizviluppaw simbjozi bejn il-Maltin u ma' min jikkomunikaw, li joholqu gibda u komprensjoni li ebda traduttur ma jista' jaghti.

Hekk ghandna nibnu l-futur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow