Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD, IL-PERIT NINU ZAMMIT, IQASSAM HUT LIL GHAQDIET TAL-KARIT'?

pr0780
Date Icon 25/05/2001

L-Onorevoli Ninu Zammit, Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, dalghodu fic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura, fit-Torri ta' San Lucjan, Marsaxlokk, qassam hut frisk lil diversi istituzzjonijiet tal-karit'?. Dan il-hut gie mghoddi simbolikament lil dawn l-istituzzjonijiet, fosthom: il-Fondazzjoni San Pietru, id-Dar Santa Tereza, id-Dar tal-Providenza u d-Dar tal-Kleru.

Wahda minn dawn l-istituzzjoniet, jigifieri il-Fondazzjoni San Pietru, hija organizzazzjoni filantropika, indipendenti u awtonoma. L-iskop principali ta' din l-Fondazzjoni hu li taghti ghotjiet b'xejn jew bejgh bi prezz sussidjat ta' hut frisk jew frizat, lill-Istituti Religjuzi u tal-Karit'? f'Malta u f'Ghawdex.

Il-Ministru Ninu Zammit fahhar u nkoraggixxa l-inizjattiva ta' din il-Fondazzjoni u ghaldaqstant heggeg lil dawk kollha nvoluti fil-provvista tal-hut, kemm dak maqbud jew mkabbar lokalment kif ukoll dak importat, biex dawn jikkoperaw u jghinu lil din il-Fondazzjoni fl-iskop taghha.

Il-Ministru Zammit tenna li l-hut ipprezentat f'din l-okkazzjoni huwa frott tal-hidma specjalizzata fuq esperimenti u ricerki dwar sistemi ta' tkabbir ta' hut bhall-awrat, l-ispnott u speci ohra, li ghaddejja f'dan ic-Centru ta' San Lucjan. Hu kompla billi qal li apparti r-ricerki u l-istudji fl-izvilupp tat-tifqis ta' l-awrat u spnott, ghadhom ghaddejjin b'ritmu regolari provi fuq it-tkabbir u fuq l-ghalf lill-istess tipi ta' hut kif ukoll studji ohra fuq il-mard taghhom u fuq il-vaccinazzjoni ta' dawn l-ispeci.

Il-Ministru temm jghid li c-Centru qieghed ihares lejn hafna iktar xoghol fosthom il-possibilit'? ta' tifqis tat-tonn li hija speci li qed tigbed interess kbir internazzjonalment. Id-dettalji ta' dan il-progett ghandhom jigu fformolati fil-granet li gejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow