Left arrow Mur Lura

L-INDUSTRIJA TAL-MAJJAL F'MALTA

pr0779
Date Icon 25/05/2001

Il-Poplu Malti kollu jaf, li, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropeja, l-industrija tal-majjal trid ti'i megħjuna b'mezzi finanzjarji biex tirristruttura ruħha. Din hija l-politika tal-Gvern preżenti għal dan il-qasam ta' l-agrikoltura.

Għaldaqstant, l-appell ta' l-Onor. Noel Farrugia, jekk verament għandu għal qalbu l-industrija tal-majjal, messu sar u messu ssarraf f'azzjoni ta' rimedju fi żmien meta hu kien ministru għal dan is-settur.

Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit b'risposta għal sensiela ta' stqarrijiet maħru'a mill-Onor. Noel Farrugia dwar l-industrija tal-majjal.

Il-Ministru Zammit fakkar fiż-żew' affarijiet li l-gvern Laburista fil-perjodu 1996 – 1998 ser jibqa' mfakkar għalihom:

1. Il-progett li ma rnexxiex ta' l-esportazzjoni kbira ta' 10,000 majjal li spiċċat f'esportazzjoni miżera ta' 43 majjal; u

2. Id-dikjarazzjoni ta' Dr Alfred Sant fid-29 t'April 1998 li bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran kien ser ikollna importazzjoni ta' laħmijiet, bħaz-zalzett, bi prezzijiet tant baxxi li r-raħħala tagħna ma jkunux f'pożizzjoni li jikkompetu magħhom.

Il-Ministru Ninu Zammit temm jgħid li l-Onor Farrugia għandu jiddikjara pubblikament jekk jaqbilx mal-Kap ta' l-Oppozizzjoni, u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhu il-pjan tiegħu għal dan is-settur mingħajr, ovvjament, ma jer'a' jirrikorri ghal certi mizuri bhal ma kienu il-kontijiet ta' l-ilma ta' madwar Lm7 kuljum ghall-irziezet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow