Left arrow Mur Lura

IL-PROĠETT TAL-CRUISE PASSENGER TERMINAL

pr0769
Date Icon 24/05/2001

Matul l-aħħar ħames snin 700,000 turist żaru Malta permezz ta' 'iti fuq cruise liners. Dan hu settur ieħor fil-qasam turistiku li l-Gvern qiegħed jinkora'ixxi biex jikber. Anke minħabba li l-Mediterran, wara l-Karibew, hu l-aktar parti tad-dinja li qed jara żieda ta' 'iti permezz ta' cruise liners.

Il-Gvern qiegħed jaħdem ukoll biex Malta barra milli tkun biss port of call fejn turisti fuq cruise liners iżuru pajjiżna għal ftit sigħat, kif kienet s'issa, tkun ukoll home port għal dawk il-kumpanniji ta' cruise liners li jagħżlu li jibdew u jispiċċaw il-cruises tagħhom minn Malta. Dan iwassal biex pajjiżna jkun hub għal cruising fil-Mediterran. Dan iwassal ukoll biex ni''eneraw aktar traffiku bl-ajru kif ukoll attivita' akbar għall-industrija turistika u għall-kummerċ.

Dan il-kunċett 'did jirrikjedi l-infrastruttura meħtie'a biex Malta tibda tintuża aktar minn kumpanniji tal-cruise liners. Fil-Programm Elettorali l-Gvern wiegħed li jinbena terminal għal cruise liners. Wiegħed li "fil-kwadru ta' l-iżvilupp tal-prodott turistiku-kulturali, tingħata importanza lil cruise-liners. Jinbena terminal Marittimu li jgħin biex Malta ssir ċentru mnejn jibdew u fejn jintemmu 'iti u kruċjieri bil-baħar."

Għal dawn l-aħħar sentejn sħaħ, permezz tal-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, saru negozjati mal-konsorzju VISET u llum il-kuntratt huwa finalizzat f'kull dettal tiegħu. Issa, skond il-proċedura stabbilita mill-Gvern preżenti rigward trasferimenti ta' l-art, il-Ministru għall-Ambjent il-lum ippreżenta l-mozzjoni għall-approvazzjoni ta' l-istess kuntratt billi bagħat din il-mozzjoni lill-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati flimkien mad-dokumenti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-istess mozzjoni, inkluż l-abbozz tal-kuntratt; pjanti dettaljati ta' l-iżvilupp li se jsir; outline development permit għall-istess żvilupp; skeda dwar iż-żmien li se jieħu kull parti tal-pro'ett biex jitwettaq; kif ukoll dokument dwar prinċipji ta' restawr li se jkunu segwiti. Issa l-Iskrivan tal-Kamra ikun mistenni jgħaddi dawn id-dokumenti kollha lill-Kumitat tal-Kamra dwar il-Verifika tal-Kontijiet Pubbliċi ħalli dan ikun jista' jagħmel eżami dettaljat u metikoluż ta' kull ma qed ikun propost.

L-iżvilupp ta' dan il-pro'ett jinvolvi investiment mill-konsorzju VISET ta' minimu ta' Lm10 miljun. Il-Gvern se jingħata mill-konsorzju Lm1,200,000 f'ishma preferenzjali, li fuqhom il-konsorzju se jħallas 10 fil-mija f'dividends, kif ukoll 17.5 fil-mija mill-qligħ wara t-taxxa. Barra minhekk il-Gvern se jitħallas ċens ta' Lm240,000 fis-sena li tkun riveduta fil-bidu tal-14-il sena billi tiżdied b'20 fil-mija jew b'ammont li jiddependi minn kemm jogħla l-Indiċi tal-Prezzijiet, liema jkun l-ogħla. Iċ-ċens wara jibqa' jkun rivedut b'dan il-mod kull ħames snin. Il-konsorzju jrid iħallas lill-Gvern kull sena 15 fil-mija mill-kera ta' bini u faċilitajiet u 10 fil-mija mid-dħul li jkollu mill-passi''ieri u l-operazzjoni tal-cruise liners. Iċ-ċens ta' l-art li fuqha se jsir il-pro'ett se jkun għal 65 sena u ma jinkludix il-mollijiet, il-Kappella u s-substation ta' l-elettriku. Dan hu l-ewwel kuntratt ta' din l-entita' li fih il-Gvern se jipparteċipa mill-profitti tal-kumpannija.

Il-konsorzju ntrabat li

  • jiżviluppa Cruise Liner Passenger Terminal u International Sea Passenger Ferry Terminal
  • jirrestawra u jiżviluppa mill-'did il-bini qadim li hemm fuq is-sit li se jingħata b'ċens. Dan ir-restawr jinkludi l-bini magħruf bħala Pinto Stores, Forni Stores u l-Power Station il-Qadima. Il-konsorzju ntrabat ukol li jibni mill-'did il-faċċati ta' Pinto Stores li hemm imwaqqa'.
  • jibni triq 'dida li tgħaqqad il-belt Valletta mal-Marsa li tgħaddi minn wara Pinto Stores. Din it-triq tieħu post dik eżistenti u darba titlesta tgħaddi għand il-Gvern flimkien ma' l-inħawi fuqha u taħtha .
  • jibni bini alternattiv għall-uffiċji tal-Malta Maritime Authority u uffiċji oħra relatati mal-port.
  • jagħmel ix-xogħol kollu peremanenti u mhux li jkun neċessarju fuq il-mollijiet biex ikunu operati t-terminals.
  • jagħmel dak il-landscaping neċessarju biex ikun hemm aktar enfasi fuq dawk l-partijiet speċjali ta' interess.
  • jibni post alternattiv għal dawk l-ażjendi li se jkunu effettwati mill-pro'ett.

Il-Cruise Passenger Terminal se jkun fil-Power Station il-Qadima filwaqt li Pinto Stores se jintużaw għal faċilitajiet kulturali u ta' divertiment u Forni Stores għall-ħwienet.

Il-pro'ett kollu tal-Valletta Cruise Terminal se jieħu erba' snin biex jitlesta. Ix-xogħol ta' restawr, il-blokk biex jakkomoda terzi, il-car parks, l-uffiċji ta' l-Awtorita' Marittima kif ukoll il-faċilitajiet tal-moll iridu jitlestew fi żmien 18-il xahar. Il-Cruise Passenger Terminal u t-triq iridu jitlestew fi żmien sentejn filwaqt li l-aħħar sentejn għandhom ikunu dedikati għall-bini tal-ferry terminal, is-sala tal-bagalji u għall-bini li se jsir 'ewwa Pinto Stores u Forni Stores.

Il-pro'ett tal-Valletta Cruise Terminal mhux biss se jqiegħed lil Malta fuq il-mappa tal-'iti u kruċjieri iżda se jagħti kontribut qawwi biex il-kapitali ta' pajjiżna ter'a' tingħata il-ħajja. Il-Gvern preżenti, permezz tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, wettaq programm vast ta' restawr ta' palazzi, knejjes u bini storiku. Fl-aħħar snin il-Gvern irresstawra, b'nefqa ta' Lm4 miljun, il-Kavallier ta' San Gakbu fejn illum hemm iċ-Ċentru għall-Kreattivita'. Wara li għalqet is-sejħa għall-proposti għall-iżvilupp, bini u operazzjoni tal-pro'ett tad-Dħul tal-Belt Valletta, u issa qed tkun a''udikata, dan il-pro'ett mistenni jibda lejn l-aħħar ta' din is-sena. B'hekk il-Belt Valletta għandha ter'a' tikseb id-dinjita' li jixirqilha bħala ċentru storiku, politiku, kummerċjali u residenzjali ta' pajjiżna.

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech esprima s-sodisfazzjon tiegħu li fi żmien qasir se jkun wassal għad-diskussjoni fil-Parlament id-dettalji kollha fuq il-pro'ett tal-Cruise Passenger Terminal. Dan il-pro'ett, flimkien ma' oħrajn li jkun wettaq l-istess Ministeru għall-Ambjent fil-belt kapitali tagħna, juru l-impenn tal-Gvern favur li jagħti ħajja 'dida u ta' l-ogħla kwalita' lil din il-belt li hi tagħna lkoll.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow