Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-FINANZI JITKELLEM DWAR PARTNERSHIP BEJN IL-PRIVAT U L-GHADQIET GHALL-HARSIEN STORIKU U AMBJENTALI WAQT PREZENTAZZJONI TA' DONAZZJONI LIL "DIN L-ART HELWA"

pr0767
Date Icon 24/05/2001

"Il-Harsien tal-wirt storiku u l-ambjent f'pajjizna jenhtieg il-partecipazzjoni ta' kulhadd. Izda f'din il-kullana insibu tlett pilastri importanti: il-Gvern, il-privat u l-ghaqdiet ambentali", dan qalu l-Onor. John Dalli, il-Ministru tal-Finanzi. Il-Ministru kien qed jippresedi waqt prezentazzjoni ta' donazzjoni lilll-ghaqda nazzjonali Din l-Art Helwa, f'Bir Miftuh, limiti tal-Gudja.

Hu fahhar ix-xoghol ta' Din l-Art Helwa u ghaqdiet ohra bhal Fondazzjoni Wirt Artna u Nature Trust. Hu fatt li Malta ghandha wirt storiku kbir hafna. Ghac-cokon taghna rridu nerfghu piz qawwi hafna biex nindukraw dan il-pajjiz. Illum qeghdin naghmlu enfazi hafna aktar mill-passat fuq il-wirt taghna u dan qieghed jigi mbuttat 'il fuq fil-prijoritajiet tal-pajjiz. Hu qal li llum il-pubbliku huwa aktar konxju mill-bzonn li jhares u jinvesti fl-ambjent naturali u storiku ta' madwaru.

Il-Ministru Dalli qal li l-harsien tal-wirt storiku u wisq aktar tat-tempju megalitici huwa bzonnjuz ghall-bosta ragunijiet: l-ewwel haga ghax ghandu valur kulturali u intrinsikament valur ekonomiku. Hu it-tieni, ghaliex il-wirt storiku jikkontribwixxi biex nifhmu aktar l-identita' taghna bhala Maltin, u t-tielet ghax huwa d-dmir taghna li nikkonservaw u nharsu dawn il-monumenti ghall-generazzjonijiet li gejjin warajna.

Il-Ministru Dalli qal li, wara l-vandalizmu fit-tempji ta' l-Imnajdra, kienu bosta azjendi privati li kkontribwew ghal fond ta' Din l-Art Helwa. Hu qal li kien hemm ukoll l-intervent ghaqli tal-gazzetta The Times li ghenet mhux ftit f'dan ir-rigward.

L-Onor Dalli, qal: "Irridu nfittxu kif nikkonkrettizaw il-partnership bejn il-privat u l-NGO's f'dan il-qasam. Dan hija c-cavetta ghall-futur tal-management tal-monumenti storici u inhawi naturali f'pajjizna." Il-Ministru Dalli qal li il-Ministeru tal-Finanzi kien qed jaghti donazzjoni zghira ta' Lm500 lil Din L-Art Helwa bhala turija ta' support.

Prezenti ukoll kien hemm is-Sur Louis Carabott u is-Sur Roderick Carabott ta' Louis Carabott Leisure Complex Ltd li pprezentaw, CCTV unit lil President ta' Din l-Art Helwa, is-Sur Martin Scicluna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow