Left arrow Mur Lura

KOPJA TA' L-ITTRA LI D-DIRETTUR ĠENERALI TAS-SAĦĦA, DR. RAY BUSUTTIL, BAGĦAT LIS-SINJURA J. ATTARD SULTANA, SEGRETARJA FIT-TAQSIMA SERVIZZI PUBBLIĊI TAL-G.W.U. U LIS-SUR J.M. BRIFFA, SEGRETARJU FIT-TAQSIMA SERVIZZI TAS-SAĦĦA TAL-U.H.M.

pr0757
Date Icon 23/05/2001

23ta' Mejju 2001

Mrs. J. Attard Sultana Sur J.M. Briffa
Segretarja Segretarju
Taqsima Servizzi Pubblici Taqsima Servizzi tas-Sahha
G.W.U. U.H.M.
Workers' Memorial Bldg. Dar Reggie Miller
South Str. St. Thomas Str
Valletta Floriana

Sinjuri,

Nirreferi ghall-kopji tal-ittri taghkom tal-11 u t-22 ta' Mejju li fihom tajtu direttivi lin-Nursing Aides u l-Health Assistants li jahdmu fid-Divizjoni tas-Sahha u f'setturi ohra.

Nixtieq nikkundanna n-nuqqas ta' hsieb u konsiderazzjoni fuq l-effetti li d-direttivi li ghogobkom tohorgu qed ikollhom fuq il-pazjenti u residenti anzjani.

Infakkarkom li d-direttivi moghtija minnkom ser iwasslu ghal tbatija bla bzonn, b'mod specjali tal-pazjenti fl-isptar San Luqa. Dawn id-direttivi jistghu wkoll iwasslu biex pazjenti ma' jinghatawx l-attenzjoni u l-kura mehtiega f'waqtha. Id-direttivi taghkom qed iwasslu biex:

  • clinics fl-Out Patients jigu mhassra,
  • pazjenti li jkunu qed jistennew rizultati ta' nvestigazzjonijiet li jkunu saru ma' jkunux jistghu jinghataw dawn ir-rizultati,
  • rizultati ta' nvestigazzjonijiet maghmula mhumiex qed jigu mghoddija lit-tobba li jkunu ordnawhom u ghalhekk it-tobba mhux qed isiru jafu bir-rizultati li jkunu jirrikjedu li fuqhom tittiehed azzjoni urgenti, b'riskju ghal-pazjent,
  • pazjenti mhux qed jigu mwassla minn sala ghal ohra jew ghal investigazzjonijiet b'detriment ghall- kura taghhom,
  • dmija ghal investigazzjonijiet, anke dawk urgenti mhux qed jitwasslu l-laboratorju
  • xoghol li jaghmlu NursingAides sa fejn hu possibbli qed ikollu jsir minn Nurses li allura qed ikollhom anqas hin biex jaghtu s-servizz professjonali taghhom lill-pazjenti fis-swali,
  • pazjenti rikoverati fl-isptar mhumiex ser jigu mghejjuna biex jinhaslu b'detriment ghas-sahha generali taghhom u
  • holqien ta' sitwazzjoni ta' frustrazzjoni u konfuzjoni ghall-pazjenti li jridu jikkomunikaw mas-servizzi tas-sahha permezz tat-telephone.

Kif jidher car mill-ispjegazzjoni moghtija hawn fuq, l-effetti principali ta' dawn l-azzjonijiet mhux gustifikati qed ikunu fuq il-pazjenti u f'certu cirkostanzi anke ta' detriment ghal-sahhithom. Nixtieq infakkarkom li l-Unions taghkom huma responsabbli ghal kwalunkwe hsara li tista' ssir lil xi pazjent b'konsegwenza tad-direttivi moghtija minnkom.

Nappella lil-Unions taghkom biex taghtu kaz sew tar-responsabbiltajiet li ghandom haddiema fis-settur tas-sahha lejn il-pazjent u tirrevedu f'dan il-kuntest il-pozizzjoni taghkom.

Dejjem taghkom,

Dr Ray Busuttil
Director General (Health)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow