Left arrow Mur Lura

DISKORS TA' L-ONOR. TONIO BORG, MINISTRU TA' L-INTERN, WAQT IT-TNEDIJA TAD-DEVELOPMENT NOTIFICATION ORDERS 2001

pr0754
Date Icon 22/05/2001

Illum qed issehh bidla ohra kbira fil-mod kif isehh l-ippjanar f'pajjizna. Permezz ta' l-Ordni dwar Notifikazzjoni dwar Zvilupp, bosta zvilupp zghir li sa issa kellu bzonn applikazzjoni shiha u jiehu xhur biex jigi deciz issa m'hemmx ghalfejn issirlu applikazzjoni izda notifikazzjoni biss u addirittura l-ebda notifikazzjoni carti kazijiet ohra.

Dan qed isir biex titkompla l-weghda elettorali tal-Gvern biex il-process ta' l-ippjanar isir iktar efficjenti u titnaqqas il-burokrazija. Dan it-tibdil qed isir ukoll fl-isfond tat-tibdil li bhalissa qed jigi diskuss fil-Parlament biex il-proccess ta' l-ippjanar ikun rigoruz fejn ghandu jkun rigoruz u jitnehhew il-kontrolli zejda f'dawk l-oqsma fejn m'hemmx bzonn. Dan kollu biex l-Awtorita` tuza r-rizorsi taghha ahjar u ma toqghodx tinhela fuq zvilupp minimu.

It-tipi ta' zvilupp se jkunu maqsuma fi tlieta: dawk li m'ghandhom bzonn l-ebda notifika (bhal washroom fuq djar residenzjali u tibdil intern fi stabbilimenti kummercjali), dawk li ghandhom bzonn notifika biss (bhal estensjonijiet zghar ghal djar residenzjali u l-istallazzjoni ta' satellite dish ta' certu daqs) u dawk li ghandhom bzonn notifika izda li jehtiegu l-kunsens ta' l-Awtorita` fi zmien tletin jum mid-data tan-notifika (bhal fil-kaz tat-tpoggija ta' mwejjed u siggijiet barra stabbilimenti ta' l-ikel u tibdil ta' soqfa fil-qalba tal-bliet u irhula sakemm it-tibdil isir fl-istess materjal).

Il-problema li jiltaqghu maghha hafna nies hija li kultant ikunu jridu jaghmlu xi xoghol li jkun irid jitlesta fi zmien qasir hafna, jigifieri fi zmien ftit granet. Bis-sistema l-gdida, f'kaz ta' zvilupp li jehtieg notifika biss lill-Awtorita` wiehed se jkun jista' jaghmel l-izvilupp imbaghad jinnotifika lill-Awtorita`. Ovvjament dan jista' jsir biss jekk l-izvilupp li jkun sar ikun wiehed li jkun skond dak li huwa stabbilit fl-Ordni.

Dan ifisser li s-sistema l-gdida li biha se jkun notifikat zvilupp, filwaqt li se twessa' hafna l-qafas li fih jista' jsir zvilupp minghajr applikazzjoni, se twessa' wkoll ir-responsabbilita` tal-perit li jkun responsabbli minn dawn ix-xoghlijiet. Dan ghaliex il-perit x'hin jinnotifika lill-Awtorita` dwar l-izvilupp irid jiccertifika li dak l-izvilupp ikun sar skond kif stabbilit fl-Ordni.

Bhalissa l-Parlament qed jiddiskuti wkoll l-emendi ghall-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp. Wahda mill-emendi hija dik li l-Ministru responsabbli mill-Awtorita` jista' jaghmel lista ta' zvilupp imnizzel fl-Ordni dwar Notifika dwar l-Izvilupp li jkun jista' jsir f'kaz illi jkun hemm xi irregolarita` f' xi bini. Dan l-izvilupp irid jintghazel minn fost dak li jew ma jehtiegx notifika jew jehtieh biss notifika minghajr risposta mill-Awtorita`. Per ezempju, jekk ikun hemm xi bini li jkollu xi filata zejda u ghalhekk qabel ma jigi regolarizzat ma jkunx jista' jsir zvilupp iehor, bhal satellite dish fuq il-bejt, is-sid ikun jista' jaghmel dan jekk dan l-izvilupp zghir ikun fil-lista li tohrog mill-Ministru.

Is-sistema l-gdida tan-notifikazzjoni ta' zvilupp se tnaqqas l-ambigwita` li qabel kien hemm kemm f'certi aspetti ta' kif tithaddem u fil-kontenut taghha. Dan ma jfissirx illi din mhux se terga' tinbidel jekk ikun hemm bzonn. L-Awtorita` ghandha tara li ma jsirux abbuzi la minn naha u lanqas minn ohra. Nixtieq nirringrazzja lill-Kamra tal-Periti ghall-kontribut kbir li tat biex l-Ordni dwar Notifika dwar Zvilupp tigi mibdula u jidhol fiha iktar zvilupp li ma jkollux bzonn applikazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow