DISKORS TA' L-ONOR. GEORGE PULLICINO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN, FIT-TNEDIJA TA' L-ORDNI DWAR NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
Mill-ewwel ta' Ġunju ta' din is-sena, żvilupp residenzjali u kummerċjali żgħir se jkun iktar faċli li jsir. Dan minħabba l-fatt li s-sistema l-'dida li qed tiddaħħal permezz ta' l-Ordni dwar Notifikazzjoni dwar Żvilupp se tagħmilha iktar faċli biex żvilupp li m'għandux bżonn ji'i regolat b'mod iebes se jkun jista' jsir bi proċedura li hija iktar mgħa''la. Bis-sistema l-'dida se jiżdied b'mod sostanzjali l-iżvilupp li jkun jista' jsir
- mingħajr ma ssir ebda notifika lill-Awtorita`;
- permezz ta' notifika biss; u
- permezz ta' notifika li iżda tkun teħtie' risposta mill-Awtorita` fi żmien tletin jum.
Permezz tal-bidliet li qegħdin nagħmlu, il-firxa ta' żvilupp li se jgawdi minn din is-sistema l-'dida mhuwiex biss dak residenzjali iżda wkoll dak kummerċjali, industrijali, agrikolu u użi temporanji.
'?al bini residenzjali, il-lista ta' żvilupp li jista' jsir permezz ta' notifika biss se tiżdied u żvilupp ieħor mhu se jkollu bżonn l-ebda notifika. Kull tibdil intern f'bini residenzjali f'żoni ta' konservazzjoni urbana issa se jkun jista' jsir billi wieħed jinnotifika lill-Awtorita` u jibda x-xogħol fi żmien xahar. Tankijiet ta' l-ilma, solar heaters, bjar u kmamar fuq il-bejt ikunu jistgħu isiru mingħajr ma ssir l-ebda notifika lill-Awtorita`. Iżda biex ikun hemm iktar ħarsien tal-wirt storiku, jekk żvilupp jikkonċerna proprjeta` skedata, allura jkun hemm bżonn ta' applikazzjoni sħiħa għal żvilupp. Biex ji'i salvagwardjat l-ambjent, jekk ħajt tas-sejjiegħ ikun se jitneħħa u ma jer'ax jinbena bħala ħajt tas-sejjiegħ allura wieħed ma jkunx jista' jbiddlu billi jibgħat biss notifika lill-Awtorita` iżda jkun irid jagħmel applikazzjoni sħiħa.
Sal-lum, tibdil intern f'bini kummerċjali jew industrijali kellu bżonn applikazzjoni sħiħa. Issa dan it-tibdil se jkun jista' jsir billi ssir notifika biss. Ġibjun ta' l-ilma issa se jkun jista' jkun ta' daqs ta' 36 metru kwadru mingħajr ma ssir applikazzjoni sħiħa lill-Awtorita`. S'issa wieħed kien jista' jbiddel l-użu ta' l-art għal żmien temporanju ta' 14 il-'urnata mingħajr il-ħtie'a ta' permess. Issa dan il-perjodu se jitwal għal 28 'urnata.
F'dawn l-aħħar tlett snin il-figuri ta' notifkazzjoni li saru lill-Awtorita` biex isir żvilupp mingħajr il-ħtie'a ta' applikazzjoni sħiħa kienu kif 'ej:
1998 – 2840 notifika
1999 – 2822 notifika
2000 – 5044 notifika
Dan ifisser illi s-sena li għaddiet għal kull 100 applikazzjoni sħiħa għal żvilupp kien hemm 77 notifika għal żvilupp li ma kellux bżonn li ssirlu applikazzjoni sħiħa. Dan ifisser illi f'dawn il-każijiet ta' żvilupp, fi żmien xahar u anke f'inqas, l-iżvilupp ikun jista' jsir.
'?afna drabi l-piż għal min ikun irid jiżviluppa ma jkunx il-ħlas li jsir ma' l-applikazzjoni iżda d-dewmien li jittieħed biex ti'i pproċessata applikazzjoni. Iżda xorta ta' min isemmi li min jagħmel użu mis-sistema ta' notifikazzjoni minflok japplika għal applikazzjoni sħiħa iħallas fees inqas. Per eżempju, b'mod 'enerali, fil-każ ta' bini ta' ħitan u tibdil f'xi elementi fil-faċċati tal-bini, bħal twieqi u bibien u maintenance tal-bini mhux se jkun hemm bżonn ta' notifika u għalhekk wieħed ma jkollu bżonn iħallas xejn.
Jekk qabel wieħed kien iħallas Lm55 għal permess biex ipo''i imwejjed u si''ijiet fuq area ta' 50 metru kwadru issa peress illi ma jkunx hemm bżonn ta' applikazzjoni sħiħa issa wieħed se jibda jħallas biss Lm15. Jekk wieħed irid jagħmel basement, b'applikazzjoni sħiħa sal-lum kien iħallas Lm120 iżda minn issa ‘l quddiem, jekk jagħmel użu mis-sistema tan-notifika, se jibda jħallas Lm15 u jista' jibda x-xogħol mal-ewwel.
Is-sistema l-'dida se titfa' iktar responsabbilta` fuq il-periti minħabba l-fatt illi il-firma tagħhom se tfisser illi jkunu qed jgħidu lill-Awtorita` li l-iżvilupp żgħir li jkun se jsir jew sar ikun skond kif l-Ordni dwar Notifika dwar Żvilupp tippermetti. '?alhekk meta jiffirma, il-perit irid ikun iktar konxju tar-responsabbilta` professjonali tiegħu.
Nistenna mill-Awtorita` li tamministra tajjeb is-sistema l-'dida tan-notifika dwar l-iżvilupp u filwaqt illi tara li n-notifiki li ji'u sottomessi lilha jkunu skond l-Ordni dwar Notifikazzjoni dwar Żvilupp, trid taċċerta illi din ma tkunx abbużata.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN