IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU G'?AS-SERVIZZI EKONOMIĊI JIPPRESIEDI KONFERENZA G'?ALL-MEDIA WAQT IL-PREŻENTAZZJONI TAL-PUBBLIKAZZJONI TAR-RAPPORT DWAR ISSUES LI ĠEW IRRAPORTATI FL-S.B.U.
L-għan ewlieni tal-ħidma ta' l-Small Business Unit huwa proprju li tippromwovi politika mprenditorjali li tagħraf bħala prijorita' l-'lieda kontra burokrazija ineffiċjenti li tkun qed tirregola s-suq b'le'islazzjonijiet jew proċeduri. Dan ifisser li l-ħidma tagħna bħala S.B.U. hija li tgħin biex tagħmel il-ħajja iżjed faċli għal min qiegħed fin-negozju.
Il-'lieda kontra l-burokrazija ineffiċjenti u s-simplifikazzjoni ta' proċeduri hija l-akbar għajnuna li l-Gvern jista' qatt jasal li joffri lis-settur tan-negozju speċjalment lil negozji żgħar u s-self-employed li f'ħafna każijiet huma l-vittma ta' kull ineffiċjenza fis-suq.
Burokrazija żejda tgħolli l-ispejjeż tan-negozju u għalhekk kull identifikazzjoni ta' proċeduri ineffiċjenti huwa inċentiv dirett lil kull negozju li jissarraf fi tnaqqis ta' spejjez li n-negozji jistgħu jiffaċċjaw .
L-S.B.U. qed taħdem biex twassal dan il-messa'' ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri mad- Dipartimenti kollha u kull a'enzija tal-Gvern. Kull min huwa mpenjat fl-għoti ta' servizz lis-settur kummerċjali jew industrijali għandu jifhem li kull proċedura regolatorja li twassal lejn l-għoti ta' servizz ineffiċjenti qed jostakola l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna. '?alhekk, la darba l-effett negattiv ta' l-ineffiċjenza jinħass minn kulħadd fuq livell nazzjonali, l-isforz biex jinqata' kull servizz u proċeduri ineffiċjenti għandu jkun sforz riżultat t'impenn kollettiv.
Kif wiegħedt fil-jiem li għaddew, illum qed nippubblika l-ewwel rapport kif imħejji mill-S.B.U. li ji'bor fih dak li qed insejjħu bħala "The Major Regulatory Constraints on SME's as reported to the Small Business Efficiency Unit"
Dan huwa rapport magħmul minn tliet sezzjonijiet. Il-ħsieb hu li jkunu ppubblikati separatament biex inkunu nistgħu nanalizzaw aħjar kif ċertu ineffiċjenzi qegħdin jolqtu b'mod differenti aspetti differenti tan-negozju.
- L-ewwel sezzjoni tirrapporta s-su''erimenti jew ineffiċjenzi kif milqugħa mill– Call Centre
- It-tieni sezzjoni tirrapporta l-issues kif diskussi ma' l-għaqdiet tan-negozji.
- It-tielet sezzjoni tirrapporta l-issues kif mi'bura mil-laqgħat ma' imprendituri fil-laqgħat organizzati taħt l-iskema "Politika Kummerċjali fil-Komunita" fejn isiru numru ta' laqgħat flimkien mal-Kunsilli Lokali f'diversi komunitajiet.
Sal-lum qegħdin nippubblikaw diversi issues ta' ineffiċjenzi kif irrappurtati mis-settur imprenditorjali. Ir-rapport jindika wkoll is-sors ta' l-ineffiċjenza. Sa issa llimitajna dan ir-rapport għal Dipartimenti jew entitajiet Governativi. Kemm il-darba jidħlu rapporti fuq ditti u entitajiet kummerċjali li jkunu qegħdin ibiegħu servizz ineffiċjenti li jkun qed itellef lis-settur imprenditorjali, lil dawn l-entitajiet kummerċjali nsemmuhom ukoll.
IL-Gvern qed jieħu bis-serjeta' l-kisba tal-effiċjenza fis-servizz li qed jagħti lis-settur kummerċjali. Flimkien ma' diversi innizjattivi oħra li di'a qegħdin ji'u fis-seħħ bħal ma hi l-"E-Government" u l-"Quality Service Charter", din l-inizjattiva għandha tixhed li l-Gvern qed jevalwa il-work practicestiegħu wkoll.
Dan ir-rapport għalhekk jindika parti mill-ħidma ta' l-S.B.U. L-uffiċjali ta' dan id-Dipartiment ħadmu fuq issues li 'ew irrappurtati lilhom. Dawk li każijiet li jkunu rrapportati jinħadmu u jkunu sors ta' iżjed konsultazzjoni. '?alhekk dan ir-rapport għandu jkun ta' sodisfazzjon għal dawk li għarfu din l-prijorita' li hu xhieda ta' l-impenn li għandna biex ma naħbux il-problemi iżda naħdmu fuqhom biex ilkoll nitgħallmu nkunu aħjar.
Ir-rapport huwa mibni fuq problemi li kienu rrappurtati minn-negozji żgħar u self-employed. Dawk il-problemi li ma kienux irrappurtati lil S.B.U. ma jkunux identifikati. Is-serjeta' li biha ħadmet l-S.B.U. s'issa għandu jkun t' inċentiv biex il-kollaborazzjoni ma' dan id-Dipartiment tiżdied għall-'id ta' l-istess settur.
Qiegħed nieħu bis-serjeta' din il-ħidma u flimkien ma' l-uffiċjali ta' dan id-Dipartiment ser inkomplu naħdmu ma' dawk kollha interessati biex f'pajjiżna nkomplu ndaħħlu l-mentalita' ta' l-effiċjenza u kwalita' f'kull min joffri servizz.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN