Left arrow Mur Lura

SILTIET MINN DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, G'?AMEL META INAWGURA WIRJA TA' XOG'?LIJIET TA' STUDENTI DWAR IMMANIĠĠJAR TA' L-ISKART

pr0745
Date Icon 21/05/2001

L-immani''jar ta' l-iskart u t-tneħħija tal-muntanja tal-Magħtab

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech fakkar li minn ċifri defenittivi li għandu f'idejh jirriżulta li s-sena l-oħra ntremew fil-miżbla tal-Magħtab u f'Sant'Antnin 1.42 miljun tunnellata ta' skart solidu. Minn dan l-ammont 1,198,000 kien skart tal-kostruzzjoni. Dan kien żieda ta' 25 fil-mija fuq l-1999 u wassal biex kompla kabbar il-muntanja tal-Maghtab fejn jintrama' l-iskart kollu ta' pajjiżna.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar li bejn l-1997 u l-2000 intremew fil-Magħtab 4,463,120 tunnellata ta' skart li 3,591,270 tunnellata minnhom, jew 80.5 fil-mija hu skart mill-industrja tal-kostruzzjoni.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-iskart hu by-product tal-mod kif ngħixu. Qal li l-volum tiegħu kien qed jikber tant li kull wieħed minna ji''enera kuljum madwar 0.83 kilogramm ta' skart, ċifra li hi qrib ħafna dik tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li ji''eneraw madwar kilogram ta' skart kuljum. Hu qal li minn stimi li saru, anke jekk jittieħdu inizjattivi biex jitnaqqas l-iskart, hu maħsub li bejn l-1999 u s-sena 2009 ikun hemm zieda ta' 34 fil-mija fi skart municipali u zieda ta' 60 fil-mija fi skart industrjali.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li hi l-politika tal-Gvern li jkun hemm immani''jar aħjar ta' l-iskart. Fakkar li din il-politika mhux biss tinkludi l-għeluq tal-miżbla tal-Magħtab iżda t-tindif tagħha u jekk jista' jkun it-tnaqqis tal-volum tagħha. Qal li kienet ukoll il-politika tal-Gvern li jnaddaf u jirrabilita' l-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex u l-miżbla li m'għadiex tintuza ta' Wied Fulija fiż-Żurrieq.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li bħalissa l-Adjudication Board li twaqqaf apposta biex jiggudika l-proposti li 'ew sottomessi lill-Gvern għall-Pro'ett Integrat dwar l-Imani''jar ta' Skart Solidu qed iwettaq ħidmietu biex dan il-pro'ett hekk importanti għal pajjiżna, u l-akbar wieħed ambjentali li qatt kien ppjanat, jibda jitwettaq. Qal li din l-a''udikazzjoni qed issir fl-isfond tal-wiegħda magħmula mill-Gvern li sa l-aħħar ta' dan ix-xahar ikollna rapport għal strate'ija dwar l-immani''jar ta' l-iskart li qed isir minn konsulenti li kienu mqabbda u mħallsa mill-Unjoni Ewropea biex igħinu lill-Gvern Malti f'dan ir-rigward. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li sa l-aħħar ta' Mejju dan id-dokument se jkun ippubblikat u ssir il-konsultazzjoni dwaru. Qal li dan hu dokument importanti għaliex se juri t-triq u se jfisser x'inhuma l-istandards ta' sistema moderna għall-immani''jar ta' l-iskart. Qal li l-Gvern għandu f'idejh kopja preliminari ta' dan ir-rapport li se jitfa' dawl fuq ħafna oqsma.

Il-Ministru għall-Ambjent fisser li fl-aħħar mill-aħħar irridu nħarsu lejn l-aspetti kollha ta' l-immani''jar ta' l-iskart. Dawn jinkludu kif għandu jsir il-'bir ta' l-iskart, jekk għandux ikun separat u fl-liema kategoriji, x'għandu jsir minn skart industrjali, minn skart tossiku u minn skart li joħrog mill-industrja tal-kostruzzjoni, l-iskart li jista' jkun riċiklat bħall-karta u fliexken tal-ħ'ie'. Hu qal li d-dokument se jħares lejn is-su''etti kollha relatati ma' l-immani''jar ta' l-iskart u jagħti l-miri prinċipali u l-miri sekondarji li għandu jkollu pajjiżna. Għal kull mira r-rapport jindika l-azzjoni li rridu nieħdu fil-pajjiż.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li r-rapport se jindika 72 tip ta' azzjoni differenti, li ftit minnhom di'a bdew jittieħdu filwaqt li hemm oħrajn li jridu jittieħdu biex il-pajjiż ikollu sistema integrata moderna ta' immani''jar ta' l-iskart.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li din l-istrate'ija se tintuża bħala għodda importanti ħafna biex il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jagħżel, jew ma jagħżilx, fost dawk il-proposti li saru għall-immani''jar ta' l-iskart. Qal li fost il-proposti għall-iskart li joħro' mill-industrja tal-kostruzzjoni hemm pro'etti ta' reklamazzjoni ta' l-art fil-baħar. Qal li kif kien semma aktar 'il fuq l-akbar komponent ta' l-iskart 'enerat f'Malta hu skart li joħro' mill-industrja tal-bini. Qal li aktar ma jikber is-settur tal-kostruzzjoni aktar ikun hemm skart mill-industrja tal-bini. Il-Ministru sostna li filwaqt li l-Gvern hu favur li jintrema' terrapin fil-barrieri bil-kundizzjoni li dan ma jitħallatx ma' materjal ieħor, xorta trid tinstab soluzzjoni li tmur lil hinn minn din. Qal li kien għaqli li jsiru pro'etti ta' reklamazzjoni kif saru fl-imgħoddi fl-Imsida, f'Wied il-Għajn, biex inbena t-tieni terminal tal-Freeport u bnadi oħra.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li sadinattant il-Gvern kien qed jimmaniggja ahjar il-miżbla tal-Magħtab fejn fil-preżent hemm crusher li jfarrak parti kbira mill-iskart mill-industrja tal-kostruzzjoni li mbagħad jintuża biex jgħatti l-miżbla u hekk tingħalaq l-arja u l-miżbla ma taqbadx.

Il-Ministru qal li fejn jidħol l-immaniggjar ta' l-iskart il-Gvern irid jgħa''el. Iżda ma jridx jgħa''el b'detriment għall-progett għaliex kien jemmen li l-pajjiż għandu jkollu l-aħjar sistema għad-disponiment ta' skart solidu li minnha jgawdi l-poplu kollu.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech faħħar lil-istudenti tal-Junior Lyceum Maria Re'ina għall-isforz tagħhom biex jtellgħu din il-wirja u ferħilhom għaliex permezz ta' pro'etti bħal dawn il-poplu jsir aktar konxju mill-isforzi li irridu nagħmlu flimkien biex permezz tal-kunċett tat-three R's, reduce,reuse and recyle mhux biss innaqsu l-volum ta' l-iskart li ni''eneraw, iżda l-iskart li ni''eneraw nimmani''jawh aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow