Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-MINISTRU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD, IL-PERIT NINU ZAMMIT, FIL-FTUH TA' SEMINAR ORGANIZZAT MILL-FEDERAZZJONI TA' L-GHAQDIET TAS-SAJJIEDA DILETTANTI, 19 TA' MEJJU 2001

pr0741
Date Icon 18/05/2001

Federazzjoni Ghaqdiet Dilettanti

Hbieb, nirringrazzjakom talli ghogobkom tistidnuni sabiex nippartecipa f'dan is-seminar.  Huwa importanti li ghaqdiet jigu ffurmati u li l-membri ta' dawn l-ghaqdiet permezz ta' laqghat jinghaqdu fi djalogu.  Huwa d-djalogu li jista' jwassal ghal sitwazzjoni ta' ftehim iktar b'sahhtu. 

Il-Federazzjoni taghkom hija multidixxiplinari u tinkludi ghaqdiet differenti, forsi b'interessi differenti izda b'ghan wiehed komuni ghalikom kollha.  Intom kollha thobbu l- bahar u l-hlejjaq ta' go fih specjalment il-hut.  Il–prezenza ta' numru hekk interessanti ta' ghaqdiet varjati ffurmati minn part-time fishermen sa dilettanti tal-qasba mix-xatt huwa mistenni fuq gzira zghira bhal Malta mdawwra totalment bil-bahar. 

Il-konnessjoni mal-bahar tal-popli li ghexu f'Malta tul iz-zminijiet bdiet tidher minn kmieni u numru ta' skulturi fuq blokki ta' gebel f'tempji Neolitici huma xhieda tangibbli ta' dan.  Ta' l-aktar interess hija skultura ta' huta forma ta' sallura fit-tempji tal-Ggantija fix-Xaghra Ghawdex u skultura ta' hut fix-xempju ta' Awrat jew Sargi li kienu nstabu fit-tempju ta' Bugibba. L-interess fil-bahar u l-hut inholoq fil-kategoriji kollha ta' nies u fl-aspetti kollha tieghu.  Kellna u ghandna nies ta' professjonijiet ohra li studjaw u kitbu fuq l-industrija tas-Sajd, kellna ohrajn li kitbu u studjaw l-aspetti medici ta' hut velenuz u aspetti tassonomici jew klassifikazzjoni tal-hut, izda jezisti numru kbir li l-interess taghhom huwa fil-passatemp tas-sajd veru u propju, bil-qasab jew minn fuq qoxra tal-bahar.                                                                                                                                                                                 L-importanza li kellu s-sajd giet innutata u sa mill-bidunett, u minn zmien ghal zmien fl-istorja ta' pajjizna, fl-istess importanza giet espressa bis-sahha ta' regolamenti fuq is-swieq u l-bejgh tal-hut.  Fis-snin 20 twaqqaf Dipartiment tas-Sajd fejn l-ewwel kontrollur kien Giuseppe Despott u dan baqa' jizviluppa sallum.  Il-Gvernijiet u d-Dipartiment sa minn dejjem kienu jikkoncernawhom zewg affarijiet fundamentali, il-provvista tal-hut fis-suq kif ukoll regolamenti li jwasslu ghas-sostenibilit'? ta' din l-industrija.

Tul iz-zminijiet kien hemm hafna pariri li bosta minnhom gew adottati u wasslu l-industrija tas-sajd fil-qaghda prezenti.  L-ewwel regolamenti ta' l-1920 kienu horox hafna u kienu intenzjonati sabiex jikkonservaw il-bahar.  Is-suggerimenti ta' James Howell, konsulent migjub Malta fl-1931, kienu biex nizviluppaw is-sajd `il barra mill-kosta, inhaffu r-regolamenti li kienu bla raguni tajba jew soda izda jitrazznu xi mezzi tas-sajd li bir-raguni kollha jidhrilna li qeghdin jaghmlu hsara ghall-gid u avanz tas-sajd ta' madwar ix-xtut.  Dawn is-suggerimenti gew fil-maggoranza taghhom imtennija minn T.W. Burdon, espert iehor li ngab Malta fl-1954.  Anke f'dan il-kaz kien hemm intenzjoni lejn regolamentazzjoni fuq il-qbid tal-hut sabiex niggarantixxu l-ezistenza.  Ghal darb ohra din il-linja  ta' konservazzjoni ta' l-eko-sistemi li jezistu fil-bahar sabiex niggarantixxu l-istoks tal-hut kienu l-principji fundamentali tas-suggerimenti ta' Michael Lloyd Gaiger u P.J. Darham fl-1991 u 1992.  Il-kuncett ta' Konservazzjoni u maniggjar tas-sajd sar ta' tant importanza li l-ligi bazi li tirregola l-qasam kollu giet mibdula. Infatti, fil-bidu ta' din is-sena ghaddiet il-ligi li m'ghadhiex ligi ta' l-Industrija tas-Sajd izda Att biex tipprovdi ghar-regolazzjoni, konservazzjoni u amministrazzjoni tas-sajd f'Malta u ghal hwejjeg incidentali ghalihom.

Din il-ligi hija ezemplari ghar-regjun kollu tal-Mediterran.  Dan l-Att jipprovdi ghall-hrug ta' regolamenti li jkopru l-aspetti kollha tas-Sajd.  Dan l-Att li ghadda fis-16 ta' Jannar ta' din is-sena jibda jsehh fl-4 ta' Gunju li gej.  Dan huwa Att li jhares l-interess tas-sajjieda u jkopri l-kategoriji l-ohra wkoll.  Id-definizjoni ta' sajjieda kummercjali tinkludi fiha dawk il-persuni li jew is-sena kollha jew f'partijiet minnha jkun jiddependi d-dhul finanzjarju totali jew parzjali tas-sajjied.  Dan ifisser li din id-definizzjoni tinkludi s-sajjieda full-time u l-MF kif ukoll parti mill-PTF.  Dan l-Att ma nesa lil hadd barra u ta importanza lil din l-istess Federazzjoni.  Ta min ifakkar li f'artikolu 5 li jirregola t-twaqqif tal- Bord tas-Sajd, gie inkluz membru fuq dan l-istess Bord minn fost u nominat mill-Federazzjoni tas-Sajjieda Dilettanti.  Ma nahsibx li jezisti messagg iktar car minn dan li t-triq fil-futur hija l-ghaqda u d-djalogu.  Din l-indikazzjoni ta' l-importanza li llum ghandu s-sajd rekreazjonali huwa kkonfermat fl-artikolu 38 fejn gew moghtija l-poteri lill-Ministru tas-Sajd li jista' jaghmel regolamenti ghas-sajd mid-dilettanti jew ghall moghdija taz-zmien.

Jien konvint li dan l-Att juri bic-car li anki id-dilettanti ghandhom posthom fil-qasam tas-Sajd.  Jidher wkoll li n-numru dejjem jikber ta' dilettantii minnhu nnifsu jitlob regolamentazzjoni sabiex niggarantixxu l-istess okkazzjonijiet lil uliedna u t-tfal taghhom.

Ilum, dan il-principju ta' konservazzjoni bl-ghanijiet ta' sostenibilita tas-sajd, huwa moviment internazzjonali li jigi rifless f'hafna konvenzzjonijiet bhal ‘UNCLOS' u ‘Agreements' taghha bhal ‘un Agreement on Straddling fish stocks and highly migratory fish stocks' fil ‘Code of Conduct for Responsible Fisheries' kif ukoll l-Compliance Agreement tal-FAO.  Dan wassal ghal formazzjoni ta' kummissjonijiet ta' tip Regjonali biex jigi mmaniggjat is-Sajd kollettivament ghaliex hafna mir-rizorsi ta' hut huma komuni, jigifieri common heritage, ghal bosta pajjizi fir-regjun u ghaliex l-azzjonijiet ta' pajjiz jinfluwenzaw l-istocks li huma ta' kulhadd.

Ghalhekk inholqu l-ICCAT U l-GFCM li ghandha mportanza kbira fil-Mediterran u d-decizzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet taghhom jinfluwenzaw is-sajd fil-Mediterran u ghaldaqstant f'pajjizna wkoll.

Dawn il-principji ta' konservazzjoni, ta' sostenibilita u ta' maniggar tas-sajd huma mtennija ghal bosta drabi u jiffurmaw il-bazi tal-Common Fisheries Policy ta' l-Unjoni Ewropeja.  Il-mixja fil-futur ta' l-Unjoni Ewropeja hija fl-istess direzzjoni f'dan il-qasam tal-mixja ta' Malta u dan ghaliex kemm l-Unjoni kif ukoll Malta jaghmlu parti mill-kummissjonijiet regjonali li jimxu fuq konvenzzjonijiet internazzjonali kif spjegajt diga.

Sinjuri, naghlaq billi nenfasizza li huwa z-zmien opportun li nistudjaw b'iktar xjenza l-qasam tas-sajd sabiex naslu fejn ikun hemm bzonn ghar-regolamentazzjoni xierqa biex thares id-daqs tal-hut li jinqabad, b'liema ngenji u kif u fejn jinqabad jekk hemm bzonn li jsir dan.  Intenzzjonijiet tajba u genwini minn kull min jippartecipa fil-qbid u t-tehid ta' hut mill-bahar huma mportanti biex iwassluna ghall-maniggar ahjar ta' dan il-qasam, u dan b'mod aktar efficjenti, aktar sostenibbli u b'operat sodisfacenti ghal kulhadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow