IFFIRMAR TA' FTEHIM TA' DEVOLUZZJONI TAL-LIBRERIJA PUBBLIKA LILL-KUNSILL LOKALI TAL-ISLA
Fil-'imgħat li 'ejjin il-Gvern ser iħabbar numru ta' pro'etti ta' l-e-Government, pro'etti li għandhom jirrivoluzzjonaw il-mod kif il-Gvern jagħti is-servizzi tiegħu. Dettalji dwar is-servizz tal-Customer Care, li mistenni ji'i mniedi ix-xahar id-dieħel, ingħataw mill-Ministru Austin Gatt meta kien qed jippresjiedi l-iffirmar ta' ftehim ta' devoluzzjoni ta' librerija pubblika lill-Kunsill Lokali ta' l-Isla.
Il-Ministru Gatt qal li s-sistema ta' l-Customer Care ser tqarreb is-servizz li permezz tiegħu persuna tirre'istra ilment lejn il-qalba ta' kull komunit'?, il-Kunsill Lokali. Is-sena d-dieħla dan is-servizz ser ikun aċċessibli on-line permezz ta' l-internet. Pro'ett ieħor li qed isir xogħol fuqu huwa li l-katalogu ta' l-kotba kollha li hemm fil-libreriji pubblici, re'jonali u lokali jkun on-line .
Dwar il-proċess ta' devoluzzjoni, il-Minsitru Gatt qal li matul din is-sena ser inkunu qed noqorbu lejn tmiem il-programm estensiv ta' devoluzzjoni ta' funzjonijiet li qabel kien f'idejn il-Gvern u issa qed jieħdu ħsiebhom aħjar il-Kunsilli Lokali.
Bdejna bl-ambjent u bil-'bir ta' l-iskart. Komplejna biż-żamma u l-kisi tat-toroq u l-bankini; biż-żamma tal-'onna u spazju pubbliċi; biż-żamma ta' playing fields u spazji għal rikreazzjoni u mistrieħ; imbagħad il-Kunsilli bdew jinfurzaw xi li'ijiet fil-konfini tagħhom biex dawk ir-residenti li jobdu l-li'i jkunu protetti minn dawk li jiksruha; qed ngħaddu lill-Kunsilli libreriji, u partijiet mill-wirt storiku li għamlu wisq żmien minsija u mitluqa; matul din is-sena jgħaddu x-shelters tal-karozzi tal-linja u d-dwal fit-toroq tal-bliet u r-rħula tagħna.
Dr. Gatt kompla li l-Kunsilli qed jieħdu ħsieb ukoll il-ħti'ijiet fuq il-front ta' l-edukazzjoni. Filwaqt li l-Kunsilli Lokali di''? ħadu inizjattivi billi tellgħu korsijiet għar-residenti tagħhom li qabel ma kienux offruti, jeħtie' li l-iskop ta' dawn l-inizjattivi jitwessa' biex nilħqu persuni li jbatu biex jiktbu u jaqraw, jew li jeħtie'u taħri' bażiku biex ikollhom aktar ċans isibu jaħdmu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN