Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TA' L-INTERN JIPPREZENTA WARRANTS TA' NUTAR PUBBLIKU

pr0728
Date Icon 17/05/2001

Minn Awissu tas-sena li ghaddiet, il-Kummissarju Specjali ghall-Atti Notarili ezamina 74,192 Att Notarili li jirrapprezentaw 1,068 volum.  Il-Kummissarju Specjali inhatar permezz ta' l-Att Numru X ta' l-1999 biex jaghmel spezzjonijiet preliminari ta' l-Atti Notarili, biex tittaffa l-problema ta' l-Atti Notarili li kienu ghadhom ma gewx depozitati fl-Ufficcju tan-Nutar tal-Gvern. 

Dan qalu l-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg meta dalghodu pprezenta l-warrants ta' Nutar Pubbliku lill-hmistax-il persuna li temmew b'success il-kors u ghaddew mill-ezami ta' Nutar Pubbliku. 

Il-Ministru Borg semma wkoll kif il-process illi bih illum isiru l-Indicijiet u r-Ricerki huwa kompjuterizzat. Il-bzonn li tinholoq sistema elettronika li tkun efficjenti u li tahdem b'heffa, minflok dik manwali li kellna s'issa, kien ilu jinhass hafna.  Illum bis-sahha tal-ftehim li l-Gvern iffirma ma' l-Eureka Services Ltd., ir-ricerki m'hux biss qed isiru permezz tal-kompjuter, izda qed ikunu ufficjali u garantiti mill-Gvern.  Dan huwa ta' beneficcju kbir ghan-nutara u ghall-klijenti taghhom. 

Il-Ministru Borg habbar ukoll li x-xoghol dwar l-Att dwar ir-Registru Centrali jinsab fi stadju Avvanzat.  Din il-ligi se tipprovdi biex ir-registri kollha – ir-Registru Pubbliku u dak ta' l-Artijiet se jkunu centralizzati.

Ghall-prezentazzjoni tal-warrants kien hemm prezenti wkoll il-President tal-Kunsill Notarili, in-Nutar Joseph Henry Saydon li flimkien mal-Ministru Borg awgura kull success lin-nutara l-godda fil-karriera taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow