LAQG'?A ORGANIZZATA MILL-KUNSILL MALTI G'?ALL-ARTIĠJANAT
Il-Kunsill Malti għall-Arti'janat flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u bl-għajnuna ta' l-'?aqda Mużikali l'Isle Adam tar-Rabat sejjer jorganizza laqgħa t'interess partikolari lil dawk interessati fl-induratura.
Din il-laqgħa ser issir nhar Ġimgħa 18 ta'Mejju, 2001 fis-7.30pm fl-istess każin ta' l-'?aqda Mużikali l'Isle Adam fir-Rabat.
Il-Kunsill Malti għall-Arti'janat qiegħed jieħu b'interess din l-inizjattiva tas-Soċjeta Mużikali li qiegħda torganizza flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, għaliex il-Kunsill Malti għall-Arti'janat jemmen li l-ħidma favur il-qawmien fl-arti'janat tkun suċċess kemm-il darba tibda fl-ibliet u l-irħula tagħna.
L-eżempju li qed tagħtina din is-Soċjeta nawguraw li jkun ta' eżempju għal-għaqdiet oħra kulturali u mużikali flimkien mal-Kunsilli Lokali rispettivi li jorganizzaw esebizzjonijiet u laqgħat simili.
Il-Kunsill Malti għall-Arti'janat huwa impenjat li jgħin lil kull min jitlob l-għajnuna biex fil-komunitajiet tagħna jkollna interess u apprezzament lejn l-arti'janat Malti.
Huwa l-impenn tal-Kunsill li dan l-apprezzament kulturali jgħin biex tkun żviluppata industrija ta' manifattura arti'janali li tkun kapaċi ssostni settur ta' manifattura li di'a` qiegħed jaħdem, iżda jeħtie' li jkun megħjun.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN