SPORTS DAY GHALL-ANZJANI TAD-DAY CENTRES TAL-GVERN
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, illum qassam premjijiet lir-rebbieha waqt Sports Day organizzata ghall-anzjani li jattendu d-Day Centrestal-Gvern.
F'diskors qasir li ghamel, Dr Mifsud Bonnici qal li xtaq jifrah u jaghti prosit lil dawn l-anzjani ghax b'din l-attivit'? tal-lum qed juru li ghadhom attivi ghax b'hekk dawn jibqghu iservu ta' inkoraggiment u jibqghu jippartecipaw attivament fil-hajja socjali tal-pajjiz. Huwa qal li d-Day Centres ma ghandhomx ikunu postijiet biss fejn l-anzjani jigu u jqattghu gurnata flimkien, imma ghandhom iservu u jippartecipaw fit-tmexxija b'mod pro-attiv, kif ukoll jikkontribwixxu sabiex itejbu l-qaghda tal-komunit'? li qed jghixu fiha. Bis-sehem ta' kulhadd nibnu socjet'? msejsa fuq il-valuri ta' solidarjet'? u kollaborazzjoni, irrispettivament mill-et'? biex nibnu socjet'? fejn hadd ma jibqa' lura.
Din hija is-sitt sena li qed tigi organizzata lis-Sports Day ghal dawn ic-Centri tal-Gvern. Madwar 500 anzjan u anzjana attendew, fosthom 150 li hadu sehem fid-diversi tlielaq, bhalma huma stick-race, sprint race, wheelchair race, u potatoe race. Ghal din lis-Sports Day l-anzjani ilhom jippreparaw ghaliha diversi xhur billi ta' kuljum jaghmlu ezercizzi fizici fl-istess Day Centres taghhom meghjuna minn Physiotherapists li jahdmu fl-SVPR.
L-anzjani tad-Day Centres tal-Hamrun, Bormla, Zejtun, Zurrieq, Sliema, Qormi, Dingli, B'Kara, u Mtarfa ikkompetew bejniethom taht is-supervizjoni tal-espert referee, is-Sur Tonio Briguglio. Fisioterapisti minn SVPR kienu ukoll prezenti biex joffru s-servizzi taghhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN