MESSAĠĠ TA' L-ONOR. CENSU GALEA, MINISTRU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI FL-OKKAZJONI TAL-JUM DINJI TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI
Kull sena, nhar is-17 ta' Mejju, l-Għaqda Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet, magħrufa bħala l-ITU, tiċċelebra l-Jum Dinji tat-Telekomunikazzjoni biex tfakkar it-twaqqif tagħha f'Parigi fl-1865. Din is-sena, it-tema magħżula hija "l-opportunitajiet u l-isfidi ta' l-Internet".
Mingħajr dubju settur li ħa spinta ‘l quddiem f'Malta s-sena l-oħra kien dak tat-telekomunikazzjoni jew, statistika li ppubbika reċentement l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika dwar l-istat tas-soċjeta' ta' l-informatika f'Malta wriet li pajjiżna għaddej minn xejn inqas minn rivoluzzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni.
L-internet mhux talli biddel radikalment il-mod ta' kif nikkomunikaw, iżda wkoll 'abet kambjament kbir fil-mod kif naħdmu, nagħmlu n-negozju, nilagħbu, nitgħallmu u nfittxu l-informazzjoni.
Wara l-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Gvern għat-telekomunikazzjoni li qiegħed jitmexxa mill-Ministeru tiegħi, eluf ta' Maltin qegħdin jibbenifikaw minn roħs sostanżjali ta' ħafna tariffi flimkien ma' titjieb generali fis-servizzi offruti. Meta wieħed iqis li l-istatistika li għandna ma tagħtiniex stampa reali għaliex in-numri jinbidlu kuljum, m'hemmx dubju li s-settur tat-telekomunikazzjonijiet huwa dinamiku ħafna.
L-aqwa ndikazzjoni ta' dan id-dinamiżmu hija il-bidla qawwija fin-numru ta' persuni li għandhom telefon ċellulari. F'perjodu ta' tnax-il xhar bejn Diċembru 1999 u Diċembru 2000 kien hemm żieda ta' kważi 400%. Dan ifisser f'termini reali li sa l-aħħar tas-sena 2000, 29% tal-popolazzjoni kellha telefon ċellulari meta mqabbla ma' perċentwali ta' 6% is-sena ta' qabel. Fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena dawn iċ-ċifri mpressjonanti komplew jikbru b'rata mgħa''la.
Setturi oħra fejn kien hemm żidiet sostanzjali għalkemm mhux daqstant drammatiċi, kienu dawk tas-satellite receivers fejn kien hemm żieda ta' 74% fis-sena 2000 minn 2,697 għal 7,695; waqt li n-numri tal-abbonati fis-servizz ta' l-Internet żdied bi 39% għal 35,000.
F'messa'' riċenti Yoshio UTSUMI, is-Segretarju Generali ta' l-ITU staqsa x'jista' jagħmel l-Internet għar-re'juni tad-dinja li għandhom aċċess limitat għall-informatika u mezzi oħra ta' komunikazzjoni. Huwa staqsa jekk iktar investiment fl-internet huwiex 'ustifikat meta r-riżorsi ta' dawn il-pajjiżi huma tant limitati.
Il-promessa ta' l-Internet u tat-telekomunikazzjonijiet kollha hija li tkabbar u ttejjeb l-aċċess li jista' jintlaħaq mill-inħawi kollha tad-dinja. L-internet huwa meżż ta' kif jistgħu jittaffew sostanzjalment l-iżvanta''i li għandhom il-pajjiżi tat-tielet dinja. Jista' wkoll jagħti lin-negożji f'dawn il-pajjiżi l-possibilita' li jagħmlu qabża sostanzjali sabiex ilaħħqu l-pass mal-bqija tad-dinja billi tippermettilhom li jbiegħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom direttament lill-konsumaturi madwar id-dinja.
Żvanta''i li normalment jiffaċċjaw bħal ma hi d-distanża mis-swieq ewlenin u d-diffikulta' li jagħmlu użu minn sistemi kbar ta' distribuzzjoni jistgħu isiru problemi tal-passat.
Għandu jsir sforż akbar sabiex ji'u żviluppati programmi ta' taħri' fit-teknologija u fl-użu tal-kompjuters fost iz-zgħazagħ sabiex sa minn eta' żgħira jidħlu fil-kultura ta' l-Internet. Is-soċjeta' kollha u partikolarment l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju għandhom isiru jafu iktar dwar l-benefiċċji li joffri l-aċċess bl-internet għal informazzjoni, prodotti u servizzi. Dawn huma uħud mill-isfidi li għandna niffaċċjaw iktar ma' tikber l-popolarita' ta' l-internet.
Forsi l-ikbar punt fundamentali huwa li għandna niżguraw li l-internet ma jsirx element ieħor li jwassal biex tkompli titwessa' dik li tissejjaħ il-‘firda digitali'. Dan huwa il-punt kruċjali fuq l-a'enda tal-komunita' internazzjonali. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tagħna llum u fis-snin li 'ejjien għandu jkun li nibdlu din il-"firda di'itali" f'era ta' prosperita' di'itali.
Meta mqabbla mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropeja, fis-settur tal-kompjuters Malta di'a' għandha rata ta' settijiet għal kull persuna ogħla minn dawk tal-Greċja, l-Portugal u Spanja u fl-istess livell ma' l-Italja. Meta mqabbla mal-pajjiżi taċ-ċentru u l-lvant ta' l-Ewropa, Malta għandha t-tieni l-ogħla rata wara s-Slovenia.
Fix-xhur li 'ejjin meta jitkompla il-pjan tal-liberaliżazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet, Malta għandha jkollha l-garanzija li ser tkun fuq l-istess livell mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Ewropa f'dik li hija informatika. Hekk kif Malta toqrob lejn sħubija fil-Komunita' Ewropeja, infrastruttura ta' telekomunikazzjoni tajba ser tippermettilna nikkompetu aħjar u b'hekk niżguraw prosperita' għal poplu Malti kollu.
Ir-rivoluzzjoni f'dan is-settur partikolarment fil-qasam tal-telefon ċellulari għandha sservi ta' leżżjoni għalina lkoll. Dawk kollu li kienu jbassru li l-liberaliżazzjoni ser i''ib magħha telf ta' mijiet ta' mpjiegi u kollass totali tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet, qegħdin jaraw li l-previżjonijiet negattivi li għamlu kienu żbaljati.
Il-fatti juru li 'ara l-kuntrarju għaliex il-kompetizzjoni, rati orħos u iktar servizzi wasslu għal sitwazzjoni fejn illum terż tal-popolazzjoni għandna s-servizz tat-telefon ċellulari.
Il-fatt li daqstant nies iddeċidew li jagħmlu użu minn varjeta ta' servizzi li toffri s-sistema tat-telefon ċellulari huwa indikazzjoni ċara li l-Maltin jafu jagħmlu użu mit-teknolo'ija 'dida sabiex jlaħħqu ma' l-iżvilupp kontinwu li qiegħed iseħħ kemm madwarna kif ukoll mad-dinja kollha. Din l-attitudni dinamika u progressiva tagħna l-Maltin għandha tiggarantixxi livell ta' għixien aħjar fil-"villa'' globali" li qegħdin ngħixu fih llum.
L-għan prinċipali tal-Gvern f'dan il-qasam huwa li jkompli jmexxi bil-għaqal il-proċess tal-liberaliżazzjoni. Din il-politika ta' privitiżzazzjoni sistematika u ftuħ tas-suq għal iktar minn operatur wieħed, hija fundamentali sabiex Malta tinbidel u twarrab darba għal dejjem ix-xkiel tal-mentalita' ta' protezzjoni li kellna mill-antik. Dan huwa pass essenzjali jekk pajjiżna jrid jikkompeti fid-dinja ta' bla fruntieri li qegħdin ngħixu fiha.
Jekk jingħata ċ-ċans, il-poplu ta' Malta u Għawdex għandu l-ħila u volonta' li jaddatta għal bidliet li qegħdin iseħħu madwarna u ħafna huma dawk li di'a' bdew jaħtfu l-opportunitajiet li s-soċjeta ta' l-informatika qegħda toffri.
L-għażla ċara li għandna quddiemna llum, il-Jum Dinji tat-Telekomunikazzjonijiet, hija jekk irridux nħarsu ‘l quddiem lejn Malta iktar dinamika li tlaħħaq ma' l-oħrajn fl-ekonomija globali, jew li nibqgħu weqfin u nilludu rwieħna li ma nistgħux nagħmlu aħjar.
Jien konvint li l-unika għażla li għandha Malta hija dik li timmira għall-ogħla livell ta' kompetenża u progress fl-oqsma kollha tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN