DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMIĊI, WAQT ŻJARA LILL-KOMUNITA' KUMMERĊJALI FIR-RABAT
'?idma kontinwa biex jitjieb is-servizz lejn l-imprenditur.
Fil-proċess tas-sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti obbliga lilu nnifsu li jiehu l-miżuri kollha meħtie'a biex iwaqqaf strutturi li jwasslu biex f'pajjiżna s-settur tan-negozju u s-Self Employed ikunu mgħejuna fil-ħidma tagħhom permezz ta' politika imprenditorjali.
Il-prijorit'? ta' din il-politika huwa l-individwu wara l-intrapriża, jigifieri dak li bl-inizjattivi tiegħu jkun qiegħed joħloq ix-xogħol. Qegħdin naħdmu biex fil-każ ta' dan is-settur li jħaddan fih mad-94 fil-mija ta' dawk kollha li qegħdin fin-negozju f'dan il-pajjiż, niżviluppaw kultura u mentalit'? li ma' tindirizzax il-qagħda ekonomika b'mod aggregat biss, jigifieri b'mod 'enerali u kollettiv, iżda rridu nħarsu lejn x'qed jgħaddi minnu l-individwu li qiegħed fin-negozju.
Il-prijorit'? tas-servizz tagħna hija l-imprenditur.
Ghalhekk nemmen fil-ħtie'a li nikkonċentraw ħidma li tagħraf il-ħtie'a tal-politika imprenditorjali, li tagħraf bħala l-obbjettiv primarju tagħha li tagħmel il-ħajja faċli lill-imprenditur. Hawn qegħdin nitrattaw bidla ta' mentalit'? li għandha tbiddel l-atte''jament preżenti ta' kull burokratiku fiċ-ċivil u fl-entitajiet kollha li huma msejjħa biex jagħtu servizz lis-settur kummerċjali.
Biex naslu li nibdew nwettqu dan l-obbligu, il-Gvern waqqaf il-SBU fi ħdan id-Diviżjoni tal-Kummerċ (Commerce Division) bħala dipartiment li għandu fost l-obbjettivi tal-ħidma tiegħu is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u ta' le'islazzjonijiet.
Sodisfatt li dan id-Dipartiment beda' jaħdem u qed jasal li janalizza mill-informazzjoni li jirċievi, riżultat ta' proċess ta' konsultazzjoni kontinwa, diversi każijiet ta' ineffiċjenza li jiltaqa' magħhom f'dan is-settur. Iżda, l-impenn ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri ma għandomx jkunu l-obbjettivi biss ta' l-SBU iżda jridu jkunu magħrufa wkoll mad-Dipartimenti u l-Entitajiet Governattivi kollha.
Il-ħidma tal-Gvern permezz tas-Segretarjat tiegħi trid twassal biex f'kull Dipartiment u A'enzija tal-Gvern jasal dan il-messa'' ta' simplifikazzjoni ta' proceduri amministrattivi u le'islattivi lejn is-settur tan-negozju.
'?aldaqstant fil-jiem li 'ejjin ser inkunu qegħdin nippubblikaw lista ta' każijiet li 'ew irrappurtati li joħolqu diffikultajiet fin-negozju biex kulħadd ikollu sodisfazzjon.
Ser nibdew inxandru lil min ikun ineffiċjenti fis-servizz li jaghti lill-imprenditur. Din il-ħidma għandha twassal ukoll biex nagħtu sodisfazzjon lill-imprenditur u l-għaqdiet tan-negozju li aħna xogħolna qegħdin inwettquh bis-serjet'?.
Il-Politika Imprenditorjali li pajjiżna qed jiżviluppa hija l-mentalit'? 'dida meħtie'a biex f'pajjiżna naraw imprendituri kapaċi jikkompetu u negozji 'odda li jsibu posthom fis-suq.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN