Left arrow Go Back

IL-KUMPANNIJA AMERIKANA BAXTER INTERNATIONAL SE TIFTA'? FABBRIKA O'?RA F'MALTA

pr0709
Date Icon 15/05/2001

Il-kumpannija Amerikana Baxter International se tiftaħ fabbrika oħra f'Malta ma' dik li di''? topera fil-qasam industrijali tal-Marsa. Għal dan l-iskop twaqqfet kumpannija oħra sussidjarja bl-isem ta' Biodome Malta li mistennija tinvesti madwar Lm5 miljun biex fil-fabbrika l-'dida tibda tipproduci prodott differenti minn dak li qed isir fil-fabbrika eżistenti. Il-fabbrika l-'dida mistennija tipprovdi impjieg għal madwar 100 persuna.

Dan sar magħruf waqt żjara li għamel illum il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici, fil-fabbrika ta' Baxter Ltd (Malta) fejn seta' jara wkoll ix-xogħol li qed isir fuq il-bini tal-fabbrika l-'dida, peress li qed tinbena ma' 'emb dik eżistenti.

Baxter Ltd (Malta) hi kumpannija oħra bi storja ta' suċċess warajha. Twaqqfet bħala pro'ett bi sħab bejn il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u l-grupp ta' kumpanniji Franċiżi Dubernard, u bdiet topera fl-1977 bl-isem ta' Medical Hospital Products Ltd, fejn kienet tipproduċi prodotti (sterile medical disposable devices) li jintużaw fil-qasam tal-kura tas-saħħa għas-suq Franċiż.

Fl-1988 sar pass importanti meta l-kumpannija Medical Hospitals Products saret parti minn Baxter International Inc, li hi fost l-akbar produtturi fil-qasam tal-kura tas-saħħa fid-dinja, b'fabbriki f'aktar minn 110 pajjiżi u b'aktar minn 45,000 ħaddiem. Għaldaqstant, il-kumpannija f'Malta bidlet isimha minn Medical Hospitals Products għal Baxter Ltd (Malta).

Il-kumpannija, li bħalissa qed timpjega madwar 400 – kważi d-doppju ta' li kienet timpjega fl-1988 – tipproduċi s-sett sħiħ tad-drip li permezz tiegħu jkun jista' jitwassal il-likwidu mill-borża għal 'ol-vina tal-pazjent. Is-sena li għaddiet Baxter Ltd (Malta) ipproduċiet aktar minn 37 miljun sett, li 95 fil-mija minnhom kienu esportati lejn l-Ewropa u l-kumplament lejn l-Amerika t'Isfel u l-Asja. Filwaqt li matul l-aħħar ħames snin investiet f'Malta madwar Lm4.5 miljun, matul din is-sena mistennija tinvesti Lm1 miljun oħra.

Is-suċċess tal-kumpannija sussidjarja Maltija wassal biex Baxter International jagħżlu lil Malta biex jibdew jipproduċu prodott li mhux biss hu differenti minn dak li qed isir fil-fabbrika eżistenti, iżda hu wieħed innovattiv, magħruf bħala reconstitution device, u li jintuża mill-qasam farmaċewtiku. Il-kumpannija se jkollha wkoll Taqsima għar-Riċerka u l-Iżvilupp u laboratorju sofistikat ħafna biex tkun ittestjata l-kwalit'? tal-prodott.

Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu li Baxter International qed tkompli tespandi l-operazzjoni tagħha f'Malta, il-Ministru Bonnici qal li l-fatt li din il-kumpannija ta' fama internazzjonali li fl-ewwel tliet xhur ta' dis-sena irre'istrat bejgħ ta' $1.76 biljun, għażlet li tiftaħ fabbrika oħra f'Malta juri l-fiduċja li l-kumpannija għandha fil-potenzjal ta' Malta bħala ċentru tal-manifattura kif ukoll fil-ħila tal-ħaddiema Maltin.

Barra minn hekk, kompla l-Ministru Bonnici, dan hu wkoll ċertifikat għall-kumpannija li Baxter International għandha f'Malta, li għarfet timxi mal-motto ta' eċċellenza fil-kwalit'?, tant li kienet l-ewwel kumpannija lokali li fl-1993 kisbet iċ-ċertifikat ISO 9001, filwaqt li s-sena li għaddiet irnexxielha wkoll tikseb l-ISO 14001.

Hu żied li l-ħidma ta' din il-kumpannija hi waħda li tikkwalifika b'mod wiesa' għall-pakkett 'did ta' inċentivi li se tibda toffri Malta permezz tal-Li'i l-'dida għall-Promozzjoni tan-Negozju, peress li għandha valur miżjud għoli ħafna u wkoll min-natura ta' prodotti li tagħmel hi fost dawk li l-aktar li qed ikunu mħajra jinvestu f'pajjiżna.

Il-Ministru Bonnici semma li fil-preżent f'dan il-qasam tal-manifattura hawn jaħdmu madwar 1,250 ħaddiem, filwaqt li l-bejgħ matul is-sena li għaddiet laħaq Lm21.4 miljun. Barra minhekk, dan il-qasam tal-manifattura ipprovda madwar Lm7 miljun f'salarji u pagi.

Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi wera wkoll is-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li, minkejja l-kompetizzjoni dejjem tikber fil-qasam tal-manifattura, baqgħu jiżdiedu l-impjiegi fis-settur fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, tant li kienet re'istrata żieda ta' madwar 180, wara li kienet di''? re'istrata żieda ta' madwar 500 matul is-sena li għaddiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow