REĠISTRAZZJONI TA' '?ADDIEMA U KUNTRATTURI FIS-SETTUR TAL-BINI
Siltiet minn diskors li għamel il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta nieda ir-re'istrazzjoni tal-kuntratturi u ħaddiema tas-sengħa fis-settur tal-kostruzzjoni:
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kien ilu jinħass l-bżonn ta' sistema fejn ħaddiema tas-sengħa u kuntratturi jkunu rikonoxxuti li kapaċi jaħdmu f'sengħa marbuta mas-settur tal-kostruzzjoni jew li jaħdmu bħala kuntratturi u jkunu re'istrati f're'istru uffiċjali.
Hu qal li f'dawn l-aħħar snin il-Ministeru għall-Ambjent, f'koordinażżjoni mat-Taqsima tax-Xogħlijiet, l-BICC u s-Segretarjat Parlamentari Responsabbli min-Negożji ż-Żgħar u s-Self Employed fi hdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici kienu qed jaħdmu biex tinstab sistema simili u tkun mħaddma.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien tlesta abbozz ta' li'i intitolat bħala l-Att dwar ir-Re'istrazzjoni ta' Kuntratturi u Kontroll ta' Bini . Il-Ministru għall-Ambjent qal li f'dan l-istadju, il-Ministeru għall-Ambjent flimkien mal-Ministeru għal-Finanzi u s-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi ħaseb li jintroduċi ir-re'istrazzjoni tal-Kuntratturi fuq bażi volontarja qabel ma jidħol fis-seħħ l-Att. Hekk sew il-kuntratturi kif ukoll d-Dipartiment ikunu f'qagħda li jibdew iħaddmu s-sistema. Dan igħin ukoll biex ikunu antiċipati xi problemi amministrattivi li jista' jkun hemm u li jkun jista'jsir it-titjib meħtie' qabel ma' l-li'i tidħol fis-seħħ.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kienet l-intenzjoni tal-Gvern li darba l-Li'i tgħaddi mill-Parlament u tidħol fis-seħħ, dawk il-ħaddiema tas-sengħa u kuntratturi biss li jkunu re'istrati jitħallew jitfgħu offerti tal-Gvern u ta' korpi parastatali. Hu qal li kienet ukoll l-intenzjoni tal-Gvern li ‘ir-re'istrazzjoni' ‘l quddiem twassal għall-‘klassifikazzjoni' ta' ħaddiema tas-sengħa u kuntratturi.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li kwalunkwe ħaddiem tas-sengħa jew kuntrattur jista' jirre'istra fi kwalunkwe mill-kategoriji jew sub-kategoriji li hemm f'"Parti C – Tip ta' Re'istrazzjoni li qed tintalab". Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien hemm b'kollox 113-il kategorija jew sub kategorija.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech awgura li din is-sistema ta' re'istrazzjoni twassal biex il-Gvern ikollu tagħrif aħjar u aktar dettaljat dwar kemm għandna ħaddiema tas-sengħa u kuntratturi fis-settur tal-kostruzzjoni u x'kapaċi jagħmel kull wieħed minn dawk re'istrati. B'hekk ikun jista' jsir ippjanar aħjar biex is-settur tal-kostruzzjoni jkollu l-ħaddiema u l-kuntratturi meħtie'a għall-pro'etti li qed jitwettqu u li jridu jinbdew.
Sadattant tħabbar ukoll li formoli tar-re'istrazzjoni jistgħu jinkisbu mid-Dipartiment ta' l-Industrja tal-Kostruzzjoni fil-Floriana u mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrja tal-Bini (BICC). Dawn il-formoli jistgħu jinkisbu wkoll mill-website tal-BICC http//www.biccmalta.com jew mill-website tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, http://magnet.mt/home/moe/about_pw.htm. Id-Dipartiment ta' l-Industrja tal-Kostruzzjoni se jkollu ukoll customer care desk fl-ufficji tiegħu fil-Floriana, biex iwie'eb għal kull mistoqsija jew diffikulta' li jista' jkun hemm.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN