Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOREVOLI MINISTRU TAL-BIEDJA U SAJD, IL-PERIT NINU ZAMMIT, FL-OKKAZJONI TAL-FTU'? UFFIĊJALI TAL-WIRJA ANNWALI TAL-FNIEK - ĠONNA TA' SANT'ANTON

pr0699
Date Icon 12/05/2001

Huwa ta' sodisfazzjon għalija illi qiegħed hawnhekk sabiex niftah din il-wirja tant mistennija dwar il-fniek. L-iskop ta' wirja bħal din huwa li nkomplu ngħollu l-kwalita, bl-iskop li pajjiżna jilħaq il-livelli ta' effiċjenza u kwalita li għandu bżonn f'dan is-settur tal-biedja. 

It-trobbija tal-fniek, kemm għall-wirja kif ukoll għall-ikel, ilhom jifformaw parti mit-tradizzjoni tagħna għal mijjiet ta' snin, u cioe minn żmien il-kavallieri. Il-Feniċi introduċew il-fenek selva'' fil-kampanja tagħna. Illum, meta wieħed iħares lejn il-konsum tal-fenek, huwa stmat li l-Maltin jikkonsmaw madwar 10 kilogrammi laħam kull persuna fis-sena. Dan jagħmilna l-aktar poplu li jiekol il-fenek fid-dinja kollha! Il-laħam tal-fenek jikklassifika ruħu bħala laħam abjad. Il-Fenek għandu valur nutrittiv, u huwa baxx kemm fix-xaħmijiet kif ukoll fil-kolesterol. 

Malta tgawdi fama presti'juża fit-trobbija tal-fniek. Fl-1976, fuq inizjattiva tal-Malta Rabbit Club, 'iet imwaqfa il-World Rabbit Science Association. L-ewwel Kungress Internazzjonali tal-Fniek sar f'Malta sena qabel, u cioe fl-1975. Malta hija wieħed mill-membri-fundaturi ta' din l-Assoċjazjoni. Ta' min isemmi wkoll li bħalissa Malta qed tinvolvi ruha fit-twaqqif tal-Permanent International Observatory on Rabbit Breeding in the Mediteranean. 

It-trobbija tal-fenek tar-razza għall-wirja tagħti kontribuzzjoni importanti lil din l-industrija mferxa ma' pajjiżna kollu. Dan billi tipprovdi demm 'did fuq bażi regolari lir-razez tal-fniek f'pajjiżna. B'hekk, min irabbi, ikollu għażla aħjar minn fejn inissel il-fniek għall-produzzjoni. Tajjeb li wiehed ifakkar illi dan id-delizzju jirrikjedi dedikazzjoni u attenzjoni liema bħala. Dan għaliex il-fenek huwa annimal delikat u sensittiv.

Ir-rivoluzzjoni minn trobbija fi djar, magħrufa bħala l-Back-yard Industry għal dik industrijali, ħadet żvolta 'dida madwar tletin sena ilu bit-taħlit ta' żew' razez ta' fniek partikolari – in-New Zealand White u l-Californian. Pero, il-back-yard industry għada tant b'saħħita u popolari tant li tlaħħaq għal madwar 15,000 persuna li jrabbu l-fniek.

Qed noqorbu lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Sħubija li ggib magħha sfidi u opportunitajiet anki għal din l-industrija. Pero nisħaq illi l-ħidma kontinwa tagħna sabiex nogħollu livelli u l-istandards, ma hiex marbuta ma sħubija fl-Unjoni Ewropeja, iżda hija ha'a li rridu nagħmlu fl-aħjar interessi ta' kull qasam fis-settur agrikolu u dan irrespettivament mis-sħubija.

Għalekk huwa ta' pjaċir li wieħed jara interess fil-kwalit'?, ħe''a għas-serjet'?, u ambizzjoni li nkunu l-aħjar, kif rifless minn kull parteċipant f'din il-wirja. Dawn huma kwalitajjiet li jissarfu f'suċċess, u għandhom ikomplu ikabbrulna l-fiduċja fina nfusna biex nikkompetu u nirnexxu f'kull sitwazzjoni li ni'u ffaċċjati biha f'dan is-settur. Huwa żbaljat min jaqta qalbu u jipprova jaqta qalb ħaddieħor billi jbeżża għax jinsinwa li aħna m'aħniex kapaċi daqs ħutna l-Ewropej.

Kif kulħadd jaf, is-sena l-oħra kelna problemi ta' mard fit-trobbija tal-fniek. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamel riċerki sabiex ikun jista' jgħin lil min irabbi biex jegħleb dan il-mard, fostom riċerki fuq 'wież differenti kif ukoll dwar metodi 'odda ta' tmiegħ li bihom il-fenek jingħata ikel bbilanċjat u mħallat kif suppost.

Id-Dipartiment minn żmien għal żmien qed joħro' fuljetti b'informazzjoni addattata għal min irabbi l-fniek, u dan wara li kontinwament isir l-istudju u r-riċerka meħtie'a fil-Qasam tal-Fniek, fl-Għammieri.

Għaldaqstant nagħlaq billi nifraħ lilkom organizzaturi ta' din il-wirja u lil kull min qed jieħu sehem fiha. Nawgura lill-parteċipanti sabiex ikomplu fix-xogħol u d-dedikazzjoni li tirrikjedi din it-trobbija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow