Left arrow Mur Lura

IL-LIĠI L-ĠDIDA DWAR IL-'?ARSIEN TA' L-AMBJENT

pr0698
Date Icon 12/05/2001

Diskors mill-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta nawgura seminar dwar l-Att dwar il-'?arsien ta' l-Ambjent, 2001

Hu ta' pjacir għalija li qed nindirizza dan is-seminar li se jiddiskuti l-Ligi l-'dida dwar il-'?arsien ta' l-Ambjent li kienet ippubblikata taħt forma ta' dokument għall-konsultazzjoni fid-19 ta' April 2001. Il-pubbliku qed jingħata l-opportunita' li jikkumenta u jagħmel su''erimenti dwar dan l-abbozz ta' ligi biex jkun jista' jsir l-aħħar abbozz li jitressaq quddiem il-Parlament għad-diskussjoni qabel is-Sajf li 'ej. F'dan l-isfond is-seminar li qed ikun organizzat illum jieħu importanza akbar għaliex se jkun ukoll mezz biex wara spjega dettaljata ta' l-aspetti kollha ta' l-abbozz ta' ligi jkunu jistggħu jsiru l-kummenti u s-su''erimenti. 

Il-Li'i 'dida dwar il-'?arsien ta' l-Ambjent tintroduci erba' kunċetti 'odda u importanti fil-qasam ambjentali. Dawn huma

  • Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli;

  • Il-Fond għall-Ambjent;

  • Id-dritt għall-informazzjoni; u

  • L-infurzar

 Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Iżvilupp Sostenibbli hi kunċett innovattiv. Il-Kummissarju Ewropew dwar l-Ambjent,  Margot Wallstr'?m sejjħet l-izvilupp sostenibbli bhala “viżjoni 'dida għall-Ewropa”. Meta kellmet lill-istampa fl-aħħar taż-żjara tagħha f'Malta apprezzat l-importanza li qed tingħata lil din il-Kummissjoni f'pajjiżna tant li se tinħatar u tkun preseduta mill-istess Prim Ministru. L-iżvilupp sostenibbli llum hu ta' priorita' għall-Gvernijiet u istituzzjonijiet internazzjonali. Dan għaliex l-iżvilupp sostenibbli jikkonċerna l-mod mhux biss  kif qed ngħixu llum iżda anke dak ta' 'enerazzjonijiet futuri. 

 L-iżvilupp għandu jkun  sostenibbli f'kollox: fl-arja li nieħdu, l-ilma li nixorbu, l-ikel li nieklu, il-kampanja u l-ibħra madwarna. Jekk l-iżvilupp li jitwettaq ma jkunx wieħed sostenibbli allura tkun qed issir ħsara irreparabbli għall-pjaneta dinja u għall-kreaturi kollha li jgħixu fiha, inkluż l-istess bniedem.  

F'pajjiżna l-art li nistgħu ngawdu lkoll qed tonqos, ir-risorsi naturali huma skarsi, il-biodiversita' qed tkun imminaċċjata. Dan kollu jwassalna biex nieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex ma nkomplux innaqru mill-ftit art li baqgħalna u li nagħmlu ħilitna biex nieħdu dawk il-passi biex dak li nistgħu nirran'aw u n'ibuh lura għall-istat ori'inali tiegħu, nirran'awh.  Anke f'dan ir-rigward mhux biżżejjed li nkunu konxji li ma nistgħux inkomplu nagħmlu ħsara lill-ambjent u mbagħad jekk jittieħdu deċiżżjonijiet li jolqtu lilna individwalment neħduha kontra u addio l-kliem sabiħ dwar ħarsien ta' l-ambjent. Jekk fl-imgħoddi ittieħdu deċiżżjonijiet unilaterali, u f'ħafna każi kontra l-li'i, li għamlu ħsara lill-ambjent - u dawn nistgħu nirraparaw għalihom - ħadd m'għandu jieħu atte''jamenti ostili għaliex jintlaqat hu. Il-ħarsien ta' l-ambjent jinteressa lil kulħadd u għalhekk id-deċiżżjonijiet li jittieħdu biex ikun imħares għandhom isibu l-appo'' ta' kulħadd. 

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli se titwaqqaf b'erba' objettivi:

1.  Tirrevedi kemm qed jintlaħaq l-izvilupp sostenibbli f'Malta fl-oqsma relevanti kollha, u tidentifika proċessi jew politika li tkun qed timmina dan l-iżvilupp;

2.  Tidentifika xejriet importanti ta' żvilupp mhux sostenibbli fuq bażi ta' azzjoni kurenti jew ppjanata, u tirrikmanda azzjoni biex titfa' lura dawn ix-xejriet;

3.  Tkabbar l-għarfien dwar il-kunċett ta' l-iżvilupp sostenibbli, biex il-pubbliku jsir aktar konxju tal-problemi li jitqajjmu u jkun hemm ftehim dwarhom;

4.  Tinkora'ixxi u tistimula prattiċi tajbin fl-użu u l-immani''jar tar-risorsi naturali. 

Din il-Kummissjoni, li se tkun responsabbli mill-preparazzjoni tar-rapport nazzjonali lill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Żvilupp Sostenibbli, se jkollha l-aktar rappreżentanza wiesgħa tas-socjeta' b'rappreżentanti minn Ministeri u dipartimenti tal-Gvern, korpi kostitwiti, partiti politici, Għaqdiet Mhux Governattivi, oqsma tal-kummerċ u gruppi oħra interessati. 

Din il-Kummssjoni se tiżgura li jkun hemm konsistenza bejn miri soċjali, ekonomici u ambjentali u integrazzjoni bejn it-tlieta. 

Il-Fond  Ambjentali

Kunċett importanti ieħor f'din  il-Li'i 'dida li qed nipproponu hu l-Fond Ambjentali. Dan il-Fond jagħmel minn din il-li'i waħda unika u avangwardista anke fuq livell internazzjonali. Il-fondi ambjentali huma mod prattiku kif inpo''u fil-prattika u l-prinċipju tal-polluter pays.  Il-fondi mi'bura f'dan il-fond iridu jintużaw speċifikament biex ikunu finanzjati studji u pro'etti marbuta mal-ħarsien ta' l-ambjent. F'dan il-fond se jidħlu flus approvati għalih mill-Parlament, donazzjonijiet jew għotjiet minn individwi u istituzzjonijiet, flus li tirċievi l-Awtorita' bl-iskop li jitqiegħdu fil-Fond u kwalunkwu flus oħra li minn żmien għall-ieħor jkunu provduti permezz ta' din il-li'i jew xi li'i oħra. 

Id-dritt għall-informazzjoni

Kunċett innovattiv ieħor f'dan l-abbozz ta' li'i hu dak tad-dritt għall-informazzjoni.  Permezz ta' din il-Ligi l-pubbliku se jkollu aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent u se jagħti seta' lill-Ministru jagħmel regolamenti biex entitajiet Governattivi, awtoritajiet, korporazzjonijiet pubblici u persuni oħrajn biex jagħtu informazzjoni dwar l-ambjent.

L-infurzar tal-ligi

Il-li'i l-'dida telenka  l-azzjonijiet li jistgħu jittieħdu kontra kwalunkwe persuna li tagħmel ħsara lill-ambjent. L-azzjoni għad-danni hi indipendenti minn azzjoni kriminali. Barra minhekk min jagħmel il-ħsara ikun irid iħallas lill-Fond somma li tagħmel tajjeb għall-ħsara li tkun saret lill-ambjent u lill-komunita' in 'enerali. Id-danni jew isir ftehim dwarhom jew ikunu iffissati minn Qorti Kompetenti.  

Il-Ligi proposta tintroduċi wkoll kunċett innovattiv billi tagħti l-possibbilita' ta' multa miftiehma bejn min jagħmel ir-reat u l-Awtorita' qabel ma jibdew il-proċeduri kriminali. Din il-multa titħallas lill-Fond Ambjentali. 

L-importanza li qed tingħata lill-ħarsien ta' l-ambjent toħrog ukoll mill-penali li jridu jitħallsu f'każ ta' ksur tal-li'i. Dawn jilħqu l-Lm100,000, jew mhux aktar minn  sentejn  ħabs f'każ ta' ksur tar-regolamenti u għal multa sa'  Lm25,000 jew sa sitt xhur ħabs, jew it-tnejn, għal kontravenzjonijiet fejn jidħlu liċenzji taħt l-istess regolamenti. 

L-ambjent irridu nħarsuh bil-fatti. Inħarsuh billi nieħdu dawk il-miżuri kollha meħtie'a biex ma ssirlux ħsara. Inħarsuh billi l-pubbliku jkun infurmat dwar x'jagħmillu ħsara. Inħarsuh billi nieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex kulħadd isir aktar konxju mill-ħarsien ambjentali. U nħarsuh billi jkun hemm dawk il-pieni li jkunu ta' deterrent kontra kulmin l-uniku mezz biex tikkonvincieh hu li tmisslu l-but jew il-liberta' tiegħu. 

L-ambjent hu tagħna lkoll. Għalhekk irridu nħarsuh flimkien. L-abbozz tal-li'i l-'dida dwar l-'?arsien ta' l-Ambjent jagħti kontribut serju  biex ikollna ambjent aħjar. Hu pass fid-direzzjoni t-tajba li għandu jwassal biex dak li għandna madwarna nħalluh aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow