L-ONOR JESMOND MUGLIETT JINDIRIZZA KONFERENZA STAMPA DWAR IL-KUMPLESS SPORTIV TAL-KOTTONERA
Waħda mill-wegħdiet tal-Gvern fil-Programm Elettorali hi li jinbnew tlett faċilitajiet sportivi 'odda fuq il-mudell tal-kumpless ta' Ghawdex. F'Gunju ta' l-1999 ittieħdet id-deċizjoni mill-Kabinett, li l-kumpless tan-nofs inhar isir fil-Kottonera. Dan sar bil-għan li jgħin sabiex tingħata spinta, permezz ta' l-isport, lir-ri'enerazzjoni soċjali tal-Kottonera.
Iż-żona magħżula sabiex fiha jinbena l-Kumpless Sportivi ntgħazlet wara li sar studju tekniku u dettaljat minn kumitat mwaqqaf apposta mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Dan is-sit kien di''? indikat fil-Pjan Lokali tal-Kottonera bhala sit fejn seta' jsir żvilupp sportiv re'jonali. Is-sit li ntgħażel huwa ideali għaliex jinsab f'post ċentrali milħuq bis-servizzi tat-trasport pubbliku, f'zona urbana, filwaqt li qiegħed viċin biżżejjed biex ikun użat mill-iskejjel tal-viċin.
Dan il-pro'ett tal-Kumpless Sportiv ser ikun wieħed mill-Kumplessi ewlenin fejn minbarra attivitajiet minn ghaqdiet lokali jkun jista' jsir logħob fuq livell internazzjonali.
Dan il-kumpless sportiv ser jinkludi “Multi Purpose Hall” bi playing area ta' 46 metru tul bi 28 metru wisa' u g[oli (headroom) ta' 14 il-metru u żona għall-ispettaturi li ser tkun tista' takkomoda aktar minn 1,600 spettatur bilqegħda. Dan l-impjant ser jintuża sabiex ji'u organizzati l-Kampjonati Nazzjonali ta' diversi dixxiplini sportivi fosthom Volleyball u Handball. Żona ohra ser tkun biex fiha isiru kompetizzjonijiet ta' Calcetto. Żona oħra ser tinkludi “Bocci Dromo”, fejn tintlgħab il-logħba tal-Boċċi Internazzjonali, sport li għandu numru kbir ta' Maltin li jippratikawh. Ser ikun hemm wkoll żoni multipurpose li jistgħu jintużaw għall-prattika ta' diversi dixxiplini sportivi oħra bħal żfin u karate. Faċilita' sportiva oħra ser ikun “fitness gymnasium” attrezzat bl-iktar apparat modern li jinħtie' għaż-żmenijiet ta' llum.
Il-Kumpless ser jinkludi wkoll diversi ufficini biex jintuża mill-amministrazzjoni kif ukoll minn l-għaqdiet sportivi u volontarji li m'għandhomx post minn fejn jamministraw, kif ukoll parke'' li jesa' 140 karozza, 7 mini buses u 3 coaches. Ser ikun hemm żoni allokati għad-divertiment fosthom “Cafeteria”.
Sal-lum tlesta l-iskavar kollhu fuq is-sit, fejn tneħħa madwar 58,494 metru kubu ta' blat u 11,000 metru kubu ta' ħamrija. Fit-2 ta' Mejju 2001 beda' x-xogħol tal-kostruzzjoni tal-bini li huwa ppjanat li ser jieħu madwar 14-il xahar. Sadanittant qed ji'u ppreparati t-tenders tal-finishing u servizzi, kemm dawk mekkaniċi u dawk ta' l-elettriku. Wara dan il-proċess ikun imis ix-xoghol ta' barra li jinkludi l-bankini, toroq u embellishing ta' madwar il-kumpless. Dan kollu ser jinvolvi investiment ta' kwazi żew' miljun lira Maltin u mistenni jkun lest għall-aħħar tas-sena 2002. Il-kumpless ser jospita l-logħob tal-volleyball fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-2003.
Dan il-Kumpless Sportiv ser iservi ta' bieb għal aktar żvilupp fil-futur. Fil-fatt ser jitħalla spazju biżżejjed biex fil-futur ikunu jistghu ji]diedu fċ/ilitajiet oħra mal-Kumpless. B' hekk ir-residenti tal-Kottonera ser ikunu jistgħu jgawdu mill-aktar Ċentru Sportiv modern fil-pajjiz.
Il-Kumpless Sportiv ser ikun mag[mul minn dawn il-faċilitajiet
Ground floor
· Foyer
· Multi purpose hall – 48m x 28m
· Cafeteria
· 3 satellite areas : 130 sqr m, 65 sqr m, u 78 sqr m rispettivament
· 4 uffiċini
· 5 Changing areas – 2 għan-nisa, 2 għall-irgiel u 2 għar-referees
· Changing room għal dawk bi bżonnijiet speċjali
· Physiotherapy Room
· First Aid Room
· '?anut
· Storage rooms
· Boċċi dromo – b'entratura separata għal players u għall-ispettaturi
· Spectator area fil-Boċċi dromo b' seating capacity ta' 300 ruħ
· 4 torrijiet għat-tur'ien
Intermediate Level
· Fitness centre b' żew' changing areas
· Multi purpose hall (sekondarja)
· 9 uffiċini
· Public toilets
· Storage areas
· Spectators seating Main Hall 1600 persons
· Press room
1st floor level
· Spectator seating għal persuni b'diżabbilita'
· Function room 159 sqr m
· 6 uffiċini
· Press room
· Public toilets
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN