MANUTENZJONI TA' PROMENADES
Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech ħabbar li fi Frar li għadda nieda programm ta' manutenzjoni biex jinżammu fi stat tajjeb il-promenades kollha f'Bu'ibba, Wied il-Għajn, B'Bu'a u f'Tas-Sliema. Hu qal li kien twaqqaf unit apposta biex jieħu ħsieb xogħlijiet ta' manutenzjoni u tiswija tal-promenades u l-għamara fihom fosthom bankijiet, zebgħa ta' railings, bollards u xogħol ieħor.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar kif il-pro'ett għat-tisbiħ tal-promenade ta' Tas-Sliema u San Giljan issa qiegħed fit-tieni fażi tiegħu fejn qed tissebbaħ dik il-parti tal-promenade mit-Torri sal-Kunvent tal-Karmelitani. Tul din il-fażi sar xogħol ta' pavimentar. Tqiegħdet ukoll sistema ta' irrigazzjoni biex dan ix-xahar jibdew jitħawwlu pjanti dekorattivi. Fl-istess waqt tħawwlu wkoll numru ta' si'ar taż-żebbu' fil-Ġnien tal-Balluta. Tqiegħdu wkoll arbli tad-dawl dekorattivi bħal dawk li tqiegħdu fl-ewwel fażi u li mistennija jinxtegħlu fil-jiem li 'ejjin.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li f'dawn il-jiem ukoll se jitqiegħdu tul il-promenade arlo''i dekorattivi filwaqt li se jkomplu jitqiegħdu f'posthom 80 bank. Tqiegħdu wkoll ir-railings. Francis Zammit Dimech qal li x-xogħol fuq l-upgrading tal-playing field ħdejn il-Exiles Pitch hu fi stat avvanzat. Qal li kienet ingħatat offerta għall-provista u t-tqegħid ta' materjal ta' sigurta'. Il-bandli kienu qed jinbidlu filwaqt li t-tagħmir tal-logħob kien qed ji'i manifatturat mill-MSD.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li bħala parti mill-pro'ett inbena storm water culvert u nbidel il-main ta' l-ilma. Din il-parti tat-triq se tinkesa mill-'did bit-tarmac aktar tard dan ix-xahar. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fil-jiem li 'ejjin se jibda il-pavimentar tal-bankina mill-Fortizza sat-Torri fuq in-naħa ta' fejn joqgħodu r-residenti. Dan ix-xoghol se jitlesta fi zmien għaxar 'imgħat u d-disinn se jkun l-istess bhal dak tal-promenade.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar ukoll li beda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tat-tisbiħ tal-promenade ta' San Giljan mill-Bajja ta' Spinola sal-pitch tal-waterpolo f'San Giljan. Ix-xogħol li sar jinkludi it-twessiegħ tat-triq eżistenti biex jinkludi parke'' fuq in-naħa tat-triq fejn jabitaw ir-residenti. Fl-istess waqt qed isiru railings 'odda, pavimentar u xogħol ieħor. Din il-fażi bdiet fil-bidu ta' Frar u mistennija titlesta sa' l-aħħar ta' Ġunju. '?ar'u offerti għal xogħol ta' pavimentar li jrid jitlesta sa tarf Ġunju kif ħar'u wkoll offerti għall-provista u t-tqegħid ta' arbli dekorattivi tad-dawl, arlo''i u funtani għax-xorb.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li parti importanti ta' dan il-pro'ett hi r-restawr minn barra tat-Torri ta' San Giljan f'Tas-Sliema. Il-ħidma ta' restawr kienet tinkludi t-tneħħija tal-ħadid kollu li twaħħal mal-ħitan tul is-snin, wires u ħadid li miegħu jintrabtu l-cables. Dan il-ħadid kien għamel ħafna ħsara lill-ħitan minħabba is-sadid, il-ħadid espanda u kisser il-'ebla. Il-ħadid tneħħa b'tali mod li ma tkomplix iseħħ aktar ħsara lill-'ebla. Inbidel ukoll xi 'ebel filwaqt li tneħħew il-kisjiet kollha ta' 'ir u żebgħa. Il-fili fit-torri tkaħħlu mill-'did b'taħlita bbażata fuq il-'ir. Sar ukoll xogħol fuq is-saqaf filwaqt li ngħatat kisja ta' water repellant lill-bini kollu.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li x-xogħol ta' tisbiħ f'Tas-Sliema u San Giljan hu parti minn pro'ett ta' tisbiħ f'diversi lokalitajiet mal-kosta f'Malta. Hu qal li l-pro'etti ta' tisbiħ f'Bu'ibba u l-Qawra, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Birżebbu'ia kif ukoll dawk f'Tas-Sliema u San Giljan sa l-aħħar ta' din is-sena se jkunu swew Lm8 miljun. Flus li nqisu li ħuma investiti tajjeb.
Il-Ministru għall-Ambjent awgura li dawn il-pro'etti jinżammu tajjeb u wissa kontra min jinqabad jagħmel ħsara. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li bil-ħidma u l-koperazzjoni ta' kulħadd pajjiżna se jkompli jissebbaħ biex, mhux biss jitgawda mill-poplu Malti, iżda biex jingħata wkoll kontribut lis-settur turistiku.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN